1. Sas-17 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-internet, fuq sit web li jkun faċli biex jinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi limitat l-aċċess għall-utenti rreġistrati, materjal ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi u ċ-ċertifikaturi, inkluż l-intrapriżi mikro dawk żgħar u ta' daqs medju, u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti fil-qasam tal-ambjent u f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll rappreżentanti ta' rappreżentanti awtorizzati, spedituri, u operaturi, aġenti u kaptani ta' bastimenti tal-baħar.