+Artikolu 17 Informazzjoni u assistenza rigward il-konformità
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
|
Artikolu 17 Informazzjoni u assistenza rigward il-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Sas-17 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-internet, fuq sit web li jkun faċli biex jinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi limitat l-aċċess għall-utenti rreġistrati, materjal ta' sensibilizzazzjoni u ta' taħriġ dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi u ċ-ċertifikaturi, inkluż l-intrapriżi mikro dawk żgħar u ta' daqs medju, u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti fil-qasam tal-ambjent u f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll rappreżentanti ta' rappreżentanti awtorizzati, spedituri, u operaturi, aġenti u kaptani ta' bastimenti tal-baħar.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-ispedituri, u l-operaturi, l-aġenti u l-kaptani tal-bastimenti tal-baħar jiksbu aċċess għall-informazzjoni dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament u li huma, speċjalment l-intrapriżi mikro u żgħar, jiksbu assistenza f'dak ir-rigward.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista', b'mod partikolari, tieħu l-forma ta':
|
(a)
|
appoġġ finanzjarju, inkluż għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni għal impriżi żgħar;
|
|
(c)
|
ġestjoni speċjalizzata u taħriġ tal-persunal; u
|
|
(d)
|
assistenza organizzazzjonali u teknika.
|
|
|
Artikolu 17 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ programmi ta' taħriġ għall-kwalifika tal-persunal taċ-ċertifikaturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|