+Artikolu 20 Penali
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6

Artikolu 20 Penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2024/1203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 20 2

2.   Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu penali finanzjarji amministrattivi li effettivament iċaħħdu lil dawk li jkunu wettqu l-ksur mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom.

Artikolu 20 3

3.   Għall-aktar ksur serju mwettaq minn persuna ġuridika, il-livell massimu tal-penali finanzjarji amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun mill-anqas 3 % tal-fatturat annwali tagħha fl-Unjoni fis-sena finanzjarja li tippreċedi s-sena li fiha tkun ġiet imposta l-penali finanzjarja amministrattiva.

Artikolu 20 4

4.   L-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jimponu pieni kriminali dment li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi b'mod ekwivalenti għall-penali finanzjarji amministrattivi msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 20 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dawn li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

in-natura, is-serjetà u l-firxa tal-ksur;

(b)

il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwati mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

(c)

in-natura ripetittiva jew ta' darba tal-ksur.

Artikolu 20 6

6.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.