+Artikolu 7 Pjattaforma ta’ Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6

Artikolu 7 Pjattaforma ta’ Informazzjoni għall-Monitoraġġ tas-Sustanzi Kimiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-ECHA għandha topera u żżomm l-IPCHEM li fiha data tal-okkorrenza dwar is-sustanzi kimiċi f’media differenti, inklużi l-ilma, il-ħamrija, l-arja ta’ ġewwa, l-arja ta’ barra, il-bijota, l-ikel u l-għalf, il-bnedmin u l-prodotti bħala parti mill-pjattaforma komuni tad-data.

Artikolu 7 2

2.   Sat-2 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tittrasferixxi d-data dwar sustanzi kimiċi li jkun hemm fl-IPCHEM lill-ECHA għall-inkorporazzjoni fil-pjattaforma komuni tad-data.

Artikolu 7 3

3.   Sat-2 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tittrasferixxi d-data dwar sustanzi kimiċi li jkun hemm fl-IPCHEM lill-ECHA, lill-EEA jew lill-EFSA biex tiġi ospitata f’konformità mal-mandat tal-aġenzija rispettiva u f’konformità mal-Artikolu 5.

Artikolu 7 4

4.   Wara t-tlestija tat-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 3, fejn il-Kummissjoni jew waħda mill-Aġenziji tospita jew ikollha data tal-okkorrenza dwar is-sustanzi kimiċi u data dwar sustanzi kimiċi relatata, hija għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-ECHA mingħajr dewmien biex tiġi inkorporata fl-IPCHEM.

Artikolu 7 5

5.   Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jikkooperaw fil-livell tekniku mal-ECHA biex jippermettu tali d-data tal-okkorrenza dwar is-sustanzi kimiċi u d-data dwar sustanzi kimiċi relatata li jospitaw jew li jkollhom tiġi inkorporata fil-pjattaforma komuni tad-data u ppublikata fuqha.

Artikolu 7 6

6.   L-ECHA għandha tiżgura li d-data li tinsab fl-IPCHEM tkun tista’ tinqara mill-magni u tkun tista’ titniżżel.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.