4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, meta l-Kummissjoni jew kwalunkwe Aġenzija jagħmlu disponibbli għall-ECHA, f’konformità mal-Artikolu 5(2), reġistrazzjoni, applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju rilevanti ieħor li fil-kuntest tagħhom tkun ġiet ippreżentata notifika skont l-Artikolu 26, huma għandhom jindikaw liema elementi tan-notifiki dwar l-istudji huma kunfidenzjali meta jiġu inkorporati fil-pjattaforma komuni tad-data. Huma biss l-elementi indikati bħala kunfidenzjali fl-applikazzjoni, fin-notifika jew fid-dossier regolatorju rilevanti ieħor korrispondenti, f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità skont l-att oriġinarju tal-Unjoni, li għandhom jiġu indikati bħala kunfidenzjali fin-notifika dwar l-istudji meta jiġu inkorporati fil-pjattaforma komuni tad-data.