+Artikolu 9 Bażi tad-data tan-Notifiki dwar l-Istudji
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
|
Artikolu 9 Bażi tad-data tan-Notifiki dwar l-Istudji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1
|
1. Sat-2 ta’ Novembru 2027, l-ECHA għandha tistabbilixxi Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji, u li għandha tiġi ġestita minnha.
|
|
Artikolu 9 2
|
2. L-ECHA għandha taħżen d-data dwar sustanzi kimiċi nnotifikata lilha f’konformità mal-Artikolu 26 fil-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji.
|
|
Artikolu 9 3
|
3. Id-data li tinsab fil-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji għandha titqies kunfidenzjali u ma għandhiex tkun magħmula pubblika.
|
|
Artikolu 9 4
|
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, meta l-Kummissjoni jew kwalunkwe Aġenzija jagħmlu disponibbli għall-ECHA, f’konformità mal-Artikolu 5(2), reġistrazzjoni, applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju rilevanti ieħor li fil-kuntest tagħhom tkun ġiet ippreżentata notifika skont l-Artikolu 26, huma għandhom jindikaw liema elementi tan-notifiki dwar l-istudji huma kunfidenzjali meta jiġu inkorporati fil-pjattaforma komuni tad-data. Huma biss l-elementi indikati bħala kunfidenzjali fl-applikazzjoni, fin-notifika jew fid-dossier regolatorju rilevanti ieħor korrispondenti, f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità skont l-att oriġinarju tal-Unjoni, li għandhom jiġu indikati bħala kunfidenzjali fin-notifika dwar l-istudji meta jiġu inkorporati fil-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
Artikolu 9 5
|
5. Malli l-ECHA tirċievi, f’konformità mal-Artikolu 5(2), reġistrazzjoni, applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju rilevanti ieħor li fil-kuntest tagħhom tkun ġiet ippreżentata notifika skont l-Artikolu 26, l-ECHA għandha tagħmel l-informazzjoni relatata dwar in-notifiki disponibbli għall-pubbliku permezz tal-pjattaforma komuni tad-data, u għandha tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-elementi indikati bħala kunfidenzjali f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 9 6
|
6. L-Awtoritajiet u l-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali għandu jkollhom aċċess għad-data fil-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji qabel ma’ dik id-data tiġi inkorporata fil-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
Artikolu 9 7
|
7. Meta l-EFSA tirċievi applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tkun iddeċidiet dwar id-divulgazzjoni tal-istudji li jakkumpanjaw dik l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikoli 38 sa 39e tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, hija għandha tagħmel id-data li tinsab fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u li tikkorrispondi għal dik l-applikazzjoni disponibbli għall-ECHA biex tiġi inkorporata fil-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
Artikolu 9 8
|
8. L-ECHA u l-EFSA għandhom jikkooperaw biex jiżguraw approċċ komuni għall-identifikazzjoni tal-informazzjoni nnotifikata lilhom f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament u mal-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, rispettivament, u għandhom jiffaċilitaw it-traċċabbiltà tal-istudji nnotifikati lill-bażijiet tad-data rispettivi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|