1. L-ECHA għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi, bħala parti mill-pjattaforma komuni tad-data, bażi tad-data li jkun fiha data dwar l-alternattivi għas-sustanzi ta’ tħassib kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 27 tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (27)(b), ta’ dak ir-Regolament. Dik id-data għandha tinkludi data dwar teknoloġiji jew materjali alternattivi li ma jeħtiġux tali sustanzi.