+Artikolu 15 Bażi tad-data ta’ data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Bażi tad-data ta’ data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Sat-2 ta’ Jannar 2032, l-ECHA għandha tistabbilixxi, bħala parti mill-pjattaforma komuni tad-data, bażi tad-data li jkun fiha data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali u li jkollha funzjonalitajiet imfassla f’konformità mal-paragrafu 4, li għandha tiġi ġestita minnha.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Fejn il-Kummissjoni jew waħda mill-aġenziji tospita jew iżżomm data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali, hija għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-ECHA mingħajr dewmien biex tiġi inkorporata fil-bażi tad-data tad-data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali ladarba l-Kummissjoni jew l-aġenzija li tospita jew iżżomm dik id-data tkun lestiet, fejn ikun rilevanti, valutazzjonijiet tal-validità u tal-kunfidenzjalità. Barra minn hekk, l-Istati Membri jew partijiet oħra, inklużi aġenziji nazzjonali, istituti tar-riċerka u organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi jistgħu jissottomettu data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali lill-ECHA. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jipprovdu l-kooperazzjoni teknika meħtieġa lill-ECHA biex tali data tkun tista’ tiġi inkorporata fil-bażi tad-data ta’ data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali. L-ECHA għandha tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenziji biex tiffaċilita l-inkorporazzjoni ta’ tali data.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Meta, skont l-Artikolu 5(6), ir-riċerkaturi jew il-konsorzji ta’ riċerka ffinanzjati mill-programmi qafas tal-Unjoni jagħmlu disponibbli għall-ECHA kwalunkwe data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali dwar sustanzi kimiċi jew materjali li jiġbru jew jiġġeneraw, l-ECHA għandha tinkorpora dik id-data fil-bażi tad-data ta’ data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. Sat-2 ta’ Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, tfassal il-funzjonalitajiet tal-bażi tad-data u tidentifika settijiet tad-data eżistenti tad-data dwar sustanzi kimiċi dwar data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali, għajr id-data kif imsemmija fil-paragrafu 2. Tali data għandha tiġi ospitata u miżmuma mill-ECHA.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|