+Artikolu 17 Formati standard
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7
---+Artikolu 17 8

Artikolu 17 Formati standard

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-iżvilupp jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ formati tad-data, il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom, fejn ikun rilevanti, jistabbilixxu formati standard u pakketti tas-software għad-data msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) li taqa’ taħt il-mandat tagħhom u jagħmluhom disponibbli mingħajr ħlas permezz tal-pjattaforma komuni tad-data.

Artikolu 17 2

2.   Il-formati standard għandhom, sa fejn ikun possibbli:

(a)

jevitaw l-użu ta’ standards proprjetarji;

(b)

jużaw mill-ġdid formati tad-data eżistenti jew partijiet minnhom;

(c)

jużaw formati tal-OECD jew formati oħra maqbula internazzjonalment;

(d)

jiżguraw il-konsistenza ma’ formati tad-data rilevanti oħra;

(e)

jiżguraw l-interoperabbiltà ma’ proċeduri eżistenti għas-sottomissjoni tad-data.

Artikolu 17 3

3.   Il-formati standard għandhom ikunu interoperabbli mal-pjattaforma komuni tad-data u faċli għall-utent.

Artikolu 17 4

4.   L-Awtoritajiet jew l-aġenziji nazzjonali għandhom jiskambjaw id-data li tinsab fil-pjattaforma komuni tad-data fil-format standard rilevanti.

Artikolu 17 5

5.   Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jużaw il-format tal-Bażi tad-data Internazzjonali għall-Informazzjoni Kimika Uniformi (IUCLID) biex jagħmlu l-partijiet rilevanti tad-dossiers skont l-atti legali tal-Unjoni li ġejjin disponibbli għall-ECHA biex jiġu inkorporati fil-pjattaforma komuni tad-data:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(b)

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(c)

Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

(d)

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(e)

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(f)

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27);

(g)

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009;

(h)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 234/2011 (28);

(i)

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29);

(j)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(k)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30);

Artikolu 17 6

6.   Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jikkooperaw meta jistabbilixxu formati standard biex jiżguraw li huma konsistenti ma’ formati rilevanti oħra u li huma interoperabbli mal-pjattaforma komuni tad-data u mal-proċeduri eżistenti għas-sottomissjoni tad-data.

Artikolu 17 7

7.   Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u xierqa biex jimmonitorjaw u jidentifikaw fi stadju bikri kwalunkwe diverġenza potenzjali bejn il-formati tad-data li tista’ tikkawża problemi ta’ interoperabbiltà. Jekk tiġi identifikata diverġenza bejn il-formati tad-data, l-Aġenziji kkonċernati għandhom jikkooperaw biex isolvuha jew, fejn id-diverġenza tkun ġustifikata, jispjegaw ir-raġunijiet sottostanti. Fejn l-Aġenziji kkonċernati ma jkunux jistgħu jsolvu d-diverġenza, huma għandhom ifasslu rapport konġunt u jippreżentawh lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod ċar ir-raġunijiet għad-diverġenza, jiċċara kwalunkwe kwistjoni teknika sottostanti u jagħmel proposta biex tiġi solvuta d-diverġenza.

Artikolu 17 8

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex issolvi d-diverġenza msemmija fil-paragrafu 7.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.