4. Sat-2 ta’ Jannar 2032, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-funzjonament tal-pjattaforma komuni tad-data, jekk dan ir-Regolament kiseb l-objettivi tiegħu, b’mod partikolari li jagħmel l-użu mill-ġdid tad-data fl-atti legali kollha tal-Unjoni msemmija fl-Anness I aktar faċli, u l-adegwatezza tal-allokazzjoni tar-riżorsi lill-Aġenziji u lill-Kummissjoni.