+Artikolu 32 Rapporti u rieżami
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
|
Artikolu 32 Rapporti u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1
|
1. Mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2032, il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tadotta rapport dwar l-adegwatezza u l-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji li, fil-pjattaforma komuni tad-data, tiġi inkluża d-data dwar sustanzi kimiċi li ġejja relatata mal-prodotti mediċinali skont l-Artikolu 3(3):
|
(a)
|
kategoriji ġodda ta’ tipi ta’ data;
|
|
(b)
|
data dwar sustanzi kimiċi dwar sustanzi għajr sustanzi attivi;
|
|
(c)
|
data dwar sustanzi kimiċi dwar sustanzi attivi li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(3), il-punt (b);
|
|
(d)
|
data dwar sustanzi kimiċi miġbura u sottomessa skont atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 2, u miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mhux mill-Aġenziji.
|
|
|
Artikolu 32 2
|
2. Mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2030, u filwaqt li tqis il-ħidma mwettqa mill-OECD fuq il-ġenerazzjoni, ir-rapportar u l-użu ta’ data tar-riċerka ppubblikata rieżaminata bejn il-pari għall-valutazzjonijiet regolatorji, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk għandhiex tikkollabora ma’ pubblikaturi xjentifiċi u akkademiċi u operaturi ta’ bażijiet tad-data li jkun fihom kontenut ta’ ġurnali rieżaminati bejn il-pari dwar:
|
(a)
|
rapportar armonizzat ta’ data tar-riċerka ppubblikata rieżaminatabejn il-pari għal ġurnali xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari; u
|
|
(b)
|
l-użu ta’ għodod għat-tiftix, għall-iskrinjar u għall-estrazzjoni ta’ data tar-riċerka ppubblikata rieżaminata bejn il-pari rilevanti għall-valutazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi minn bażijiet tad-data li fihom kontenut minn ġurnali rieżaminati bejn il-pari.
|
|
|
Artikolu 32 3
|
3. Fi żmien sentejn mit-lestija tal-istudju dwar il-bijomonitoraġġ uman imsemmi fl-Artikolu 25, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza li tirrikjedi li l-ECHA u l-EFSA, f’kooperazzjoni mal-EEA, jikkummissjonaw studji regolari dwar il-bijomonitoraġġ uman, kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa għal tali studji u l-arranġamenti prattiċi għall-involviment tal-Istati Membri f’tali studji.
Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 32 4
|
4. Sat-2 ta’ Jannar 2032, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta’ dan ir-Regolament, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jivvaluta l-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-funzjonament tal-pjattaforma komuni tad-data, jekk dan ir-Regolament kiseb l-objettivi tiegħu, b’mod partikolari li jagħmel l-użu mill-ġdid tad-data fl-atti legali kollha tal-Unjoni msemmija fl-Anness I aktar faċli, u l-adegwatezza tal-allokazzjoni tar-riżorsi lill-Aġenziji u lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|