3. Id-distributuri li jqiegħdu fis-suq fi Stat Membru ieħor deterġenti jew aġenti tensjoattivi għall-utenti finali li għalihom għandha tiġi pprovduta skeda ta' data dwar l-ingredjenti f'konformità mal-Artikolu 8(6) għandhom jippreżentaw lill-korp maħtur f'dak l-Istat Membru l-iskeda ta' data dwar l-ingredjenti qabel ma jagħmlu l-prodott disponibbli fiha, u jaġġornaw l-iskeda ta' data dwar l-ingredjenti fejn meħtieġ, sakemm ma jkunux jistgħu juru li l-korp maħtur diġà rċieva l-istess informazzjoni minn operatur ekonomiku ieħor. Id-distributuri għandhom iżommu kunfidenzjali l-informazzjoni li tkun tinsab fl-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti.