+Artikolu 11 Obbligi tad-distributuri
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
---+Artikolu 11 7

Artikolu 11 Obbligi tad-distributuri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   Meta jqiegħdu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11 2

2.   Qabel ma jqiegħdu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:

(a)

mad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun hemm id-dokumenti meħtieġa u tikketta li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3) u (4), fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(5);

(b)

meta tiġi pprovduta tikketta diġitali, jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-Artikolu 19(1), il-punti (a), (d), (e) u (h), l-Artikolu 19(2) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(3); u

(c)

il-mezz ta' data jkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 21(4).

Artikolu 11 3

3.   Id-distributuri li jqiegħdu fis-suq fi Stat Membru ieħor deterġenti jew aġenti tensjoattivi għall-utenti finali li għalihom għandha tiġi pprovduta skeda ta' data dwar l-ingredjenti f'konformità mal-Artikolu 8(6) għandhom jippreżentaw lill-korp maħtur f'dak l-Istat Membru l-iskeda ta' data dwar l-ingredjenti qabel ma jagħmlu l-prodott disponibbli fiha, u jaġġornaw l-iskeda ta' data dwar l-ingredjenti fejn meħtieġ, sakemm ma jkunux jistgħu juru li l-korp maħtur diġà rċieva l-istess informazzjoni minn operatur ekonomiku ieħor. Id-distributuri għandhom iżommu kunfidenzjali l-informazzjoni li tkun tinsab fl-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti.

Artikolu 11 4

4.   Meta d-distributuri jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma ma għandhomx iqiegħduh fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, id-distributuri għandhom jinfurmaw b'dan lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, lill-manifattur u, fejn ikun rilevanti, lir-rappreżentant awtorizzat jew lill-importatur.

Artikolu 11 5

5.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li deterġent jew aġent tensjoattiv ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jipperikolawx il-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 11 6

6.   Meta d-distributuri jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma għandhom immedjatament jinformaw lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u jikkooperaw magħhom, u għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex id-deterġent jew aġent tensjoattiv jinġieb konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta d-distributuri jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu qiegħdu fis-suq joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, huma għandhom immedjatament jinfurmaw b'dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu dawn il-prodotti fis-suq, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità u ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

Artikolu 11 7

7.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f'format elettroniku u, fuq talba, f'format stampat, meħtieġa biex juru l-konformità ma' dan ir-Regolament ta' deterġent jew ta' aġent tensjoattiv. Id-distributuri għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv li qiegħdu fis-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.