2. Malli d-data msemmija fil-paragrafu 1 tiġi mtella mill-operatur ekonomiku fir-reġistru, ir-reġistru għandu jikkomunika awtomatikament lil dak l-operatur ekonomiku identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni assoċjat mal-identifikaturi mtellgħin fir-reġistru għal deterġent jew aġent tensjoattiv għall-utent finali (“identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni”). Dik il-komunikazzjoni mir-reġistru ma għandhiex titqies bħala prova ta' konformità ma' dan ir-Regolament jew ma' liġi oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jispeċifika l-arranġamenti ta' implimentazzjoni għar-reġistru, inkluż għall-komunikazzjoni tal-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).