+Artikolu 25 Kontrolli doganali relatati mal-passaport diġitali tal-prodott
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
---+Artikolu 25 7
|
Artikolu 25 Kontrolli doganali relatati mal-passaport diġitali tal-prodott
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. Id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għall-utent finali li jidħlu fis-suq tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal verifiki u miżuri oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 25 2
|
2. Kwalunkwe persuna li jkollha l-ħsieb li tqiegħed deterġent jew aġent tensjoattiv għall-utent finali taħt il-proċedura doganali “rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa” għandha tipprovdi lill-awtoritajiet doganali jew tagħmel disponibbli għalihom l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrilaxxaw deterġent jew aġent tensjoattiv għall-utent finali għal ċirkolazzjoni ħielsa biss wara li jkunu vverifikaw bħala minimu li l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni u l-kodiċi tal-komodità pprovdut jew magħmul disponibbli għalihom jikkorrispondi mad-data maħżuna fir-reġistru. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ma għandux jitqies bħala prova ta' konformità ma' dan ir-Regolament jew ma' kwalunkwe liġi oħra tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 25 4
|
4. Il-verifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir b'mod elettroniku u awtomatiku permezz tal-interkonnessjoni bejn ir-reġistru u s-Sistema ta' Skambju ta' Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana u għandha tapplika mit-23 ta’ Settembru 2029 jew mid-data li fiha l-interkonnessjoni tkun operattiva, skont liema tiġi l-aħħar.
|
|
Artikolu 25 5
|
5. L-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni jistgħu jirkupraw u jużaw id-data dwar id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utent finali inkluża fil-passaport diġitali tal-prodott u fir-reġistru għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-ġestjoni tar-riskju, il-kontrolli doganali u r-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
|
|
Artikolu 25 6
|
6. Il-verifiki u miżuri oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jitwettqu abbażi tal-lista tal-kodiċijiet tal-komodità u d-deskrizzjoni tal-prodotti li tinsab fl-Anness VII.
|
|
Artikolu 25 7
|
7. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe att legali ieħor tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|