1. Meta, wara li tkun wettqet evalwazzjoni skont l-Artikolu 26(1), awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li għalkemm deterġent jew aġent tensjoattiv ikun konformi ma' dan ir-Regolament, huwa joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, hija għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv, meta jiġi introdott fis-suq, ma jkunx għadu jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtirah mis-suq jew biex isejħu lura, f'perjodu raġonevoli stabbilit mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkun proporzjonat man-natura ta' dak ir-riskju.