+Artikolu 28 Deterġenti u aġenti tensjoattivi konformi li joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedemjew għall-ambjent
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
---+Artikolu 28 4

Artikolu 28 Deterġenti u aġenti tensjoattivi konformi li joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedemjew għall-ambjent

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1

1.   Meta, wara li tkun wettqet evalwazzjoni skont l-Artikolu 26(1), awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li għalkemm deterġent jew aġent tensjoattiv ikun konformi ma' dan ir-Regolament, huwa joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, hija għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv, meta jiġi introdott fis-suq, ma jkunx għadu jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtirah mis-suq jew biex isejħu lura, f'perjodu raġonevoli stabbilit mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkun proporzjonat man-natura ta' dak ir-riskju.

Artikolu 28 2

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tad-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi kkonċernati kollha li jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni.

Artikolu 28 3

3.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe miżura kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista ta’ dawk id-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.

Artikolu 28 4

4.   Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżuri nazzjonali humiex ġustifikati u, meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.