3. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe miżura kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista ta’ dawk id-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi, in-natura tar-riskju involut u n-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.