11. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Anness V fir-rigward tal-informazzjoni tat-tikkettar li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu biss b'mod diġitali, f'konformità mal-Artikolu 17(2), sabiex tadatta dak l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku u għal-livell ta' prontezza diġitali fost l-utenti finali tad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.