+Artikolu 30 Setgħat delegati
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6
---+Artikolu 30 7
---+Artikolu 30 8
---+Artikolu 30 9
---+Artikolu 30 10
---+Artikolu 30 11
---+Artikolu 30 12

Artikolu 30 Setgħat delegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Annessi I u II, l-Anness III bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tal-fosforu u l-Annessi IV sa VII, meta tali emendi jkunu meħtieġa biex jiġu adattati għall-progress tekniku jew xjentifiku.

Artikolu 30 2

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Anness VI, fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-passaport diġitali tal-prodott, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku u għal-livell ta' prontezza diġitali tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-utenti finali.

Artikolu 30 3

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Artikolu 24(1) biex titlob li informazzjoni addizzjonali, miġjuba mill-informazzjoni elenkata fl-Anness VI, tiġi maħżuna fir-reġistru.

Meta tadotta atti delegati f'konformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-koerenza ma' atti legali tal-Unjoni rilevanti oħra;

(b)

il-ħtieġa li tkun tista' ssir verifika tal-awtentiċità tal-passaport diġitali tal-prodott;

(c)

ir-rilevanza tal-informazzjoni għat-titjib tal-effiċjenza u tal-effettività tal-verifiki tas-sorveljanza tas-suq u tal-kontrolli doganali għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għall-utent finali; u

(d)

il-ħtieġa li jkun evitat li jiġi impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali.

Artikolu 30 4

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 biex temenda l-Anness I u, fejn xieraq, l-Artikolu 4 biex:

(a)

temenda l-kriterji ta' bijodegradabbiltà u l-metodi ta' ttestjar korrispondenti għall-aġenti tensjoattivi jew l-aġenti tensjoattivi li jinsabu fid-deterġenti;

(b)

tistabbilixxi l-kriterji ta' bijodegradabbiltà u metodi ta' ttestjar korrispondenti għal sustanzi organiċi miżjuda intenzjonalment għajr aġenti tensjoattivi; jew

(c)

tistabbilixxi eċċezzjonijiet li jawtorizzaw l-użu limitat fid-deterġenti ta' sustanzi organiċi speċifiċi li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' bijodegradabbiltà stabbiliti f'konformità mal-punt (b), meta debitament ġustifikat.

Sat-23 ta’ Marzu 2029, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu kriterji ta' bijodegradabbiltà u metodi ta' ttestjar għar-riti u l-polimeri fir-riti.

Sat-23 ta’ Marzu 2031, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu kriterji ta' bijodegradabbiltà u metodi ta' ttestjar għal sustanzi organiċi miżjuda intenzjonalment f'konċentrazzjoni ta' mill-inqas 10 % w/w tal-massa totali ta' sustanzi, eskluż l-ilma, fid-deterġenti, għajr l-aġenti tensjoattivi, ir-riti u l-polimeri fir-riti.

Artikolu 30 5

5.   L-għan tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Meta tadotta tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)

l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż l-evidenza xjentifika li tindika l-eżistenza ta' riskju;

(b)

il-prattiki tal-manifattura;

(c)

id-disponibbiltà ta' alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli;

(d)

il-konsegwenza fuq l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi; u

(e)

l-impatt fuq intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Artikolu 30 6

6.   Sat-23 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-punt 7 fl-Anness II biex tistabbilixxi metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tar-razza u fil-livell tal-prodott fil-kundizzjonijiet kollha tal-użu prevedibbli kif iddikjarat mill-manifattur.

Il-metodoloġija msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha r-regoli għall-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni tal-mikroorganiżmi u l-kriterji biex jiġi ddeterminat li d-deterġent huwa sikur għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, inkluż il-potenzjal ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda u respiratorja tal-prodotti f'format ta' sprej, u r-riskji potenzjali fil-każ ta' inġestjoni ta' deterġenti użati fuq superfiċji f'kuntatt mal-ikel.

Il-metodoloġija msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita bl-użu ta' metodi ta' ttestjar li ma jinvolvux l-annimali, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe liġi rilevanti oħra tal-Unjoni, u ma għandhiex tipprevjeni l-użu ta' data storika.

Artikolu 30 7

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Anness IV biex tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati, inkluż format armonizzat, dwar kif l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(4), il-punt (a), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11(3), u li tistabbilixxi d-dettalji ta' dik il-komunikazzjoni u l-kundizzjonijiet li jeħtieġu aġġornament tal-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti. Meta tiżviluppa dawk ir-rekwiżiti, dettalji u l-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess effettiv għall-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti mill-korpi maħtura, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv.

Artikolu 30 8

8.   Meta fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu introdotti jew emendati l-limiti ta' konċentrazzjoni individwali bbażati fuq ir-riskju tal-fwejjaħ allerġeniċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament biex temenda l-Anness V ta' dan ir-Regolament sabiex tadattah għal-limiti ta' konċentrazzjoni għall-fwejjaħ allerġeniċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Artikolu 30 9

9.   Meta jiġu elenkati fwejjaħ allerġeniċi ġodda tal-fwejjaħ fl-Anness II jew III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament sabiex dawk il-fwejjaħ allerġeniċi jiżdiedu fil-Parti D tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 30 10

10.   Sal-1 ta’ Ottubru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar diġitali tad-deterġenti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom tal-anqas jistabbilixxu liema tipi ta' soluzzjonijiet tal-IT jistgħu jużaw l-operaturi ekonomiċi, u l-mezzi alternattivi għall-għoti tal-informazzjoni dwar it-tikketta diġitali msemmija fl-Artikolu 19.

Meta tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa li t-tikkettar diġitali ma jikkompromettix is-sikurezza tal-utenti finali u tal-ambjent;

(b)

il-koerenza ma' atti rilevanti oħra tal-Unjoni;

(c)

il-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni;

(d)

in-newtralità teknoloġika kkaratterizzata min-nuqqas ta' restrizzjonijiet jew preskrizzjonijiet dwar l-għażla tat-teknoloġija jew tat-tagħmir, fil-limiti tal-kompatibbiltà u l-evitar tal-interferenza; u

(e)

il-livell ta' prontezza diġitali fost il-gruppi kollha tal-popolazzjoni fl-Unjoni, kif ukoll il-prontezza tal-infrastruttura bla fili u infrastruttura teknoloġika oħra meħtieġa biex tippermetti aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi.

Artikolu 30 11

11.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Anness V fir-rigward tal-informazzjoni tat-tikkettar li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jipprovdu biss b'mod diġitali, f'konformità mal-Artikolu 17(2), sabiex tadatta dak l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku u għal-livell ta' prontezza diġitali fost l-utenti finali tad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

Artikolu 30 12

12.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex temenda l-Anness VII sabiex taġġorna l-lista tal-kodiċijiet tal-komodità u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi. Dawk l-emendi għandhom ikunu bbażati fuq il-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.