+Artikolu 3 Metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6

Artikolu 3 Metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-metodoloġija komuni skont it-tifsira tal-EN ISO 14083:2023 - Gassijiet serra — Il-kwantifikazzjoni u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tal-katina tat-trasport (l-“istandard EN ISO”), fil-verżjoni aġġornata tiegħu, kif speċifikat f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 3 2

2.   Mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aġġustament ta’ kwalunkwe komponent tal-istandard EN ISO.

Artikolu 3 3

3.   Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tniedi kontroll tal-konformità biex tivvaluta kwalunkwe emenda għall-istandard EN ISO u l-ħtieġa għal aġġustament sussegwenti.

Artikolu 3 4

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tidentifika emendi għall-istandard EN ISO jew għal kwalunkwe komponent tiegħu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li joħolqu riskju ċar ta’ inkompatibbiltà mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u mal-liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mar-Regolament (UE) 2021/1119, u li għalhekk ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 3 5

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jirrevedi l-istandard EN ISO, abbażi tar-riżultat tal-valutazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kontroll tal-konformità previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 3 6

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati biex jiċċaraw il-metodoloġija komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tagħha fis-suq fir-rigward tal-approċċ għad-determinazzjoni ta’ parametri xierqa rilevanti għall-emissjonijiet għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra qabel ma jiġi pprovdut servizz tat-trasport, u, meta applikabbli, li jistabbilixxu parametri tekniċi oħra relatati mal-allokazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew mal-aggregazzjoni tal-elementi tad-data li ma humiex spjegati b’mod espliċitu f’dik il-metodoloġija komuni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.