+Artikolu 7 4

Artikolu 7 4

4.   Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tiżgura l-manutenzjoni, l-aġġornament regolari u l-iżvilupp kontinwu, u livell xieraq ta’ sigurtà, tal-bażi ta’ data ċentrali tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tqis il-ħtieġa għal aġġustamenti għal kwalunkwe komponent għall-istandard kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), l-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta’ żvilupp teknoloġiku fis-settur tat-trasport, u approċċi metodoloġiċi ġodda għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kompatibbiltà u l-konsistenza tal-bażi ta’ data ċentrali tal-Unjoni mal-atti legali eżistenti tal-Unjoni.

Kull meta l-valuri prestabbiliti għall-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jinsabu fil-bażi ta’ data ċentrali tal-Unjoni jiġu aġġornati, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tagħmel il-valuri aġġornati disponibbli għall-pubbliku. L-entitajiet tat-trasport u tal-hub u l-intermedjarji tad-data għandhom jużaw l-aħħar data disponibbli biex jikkalkulaw u jiżvelaw l-informazzjoni tagħhom dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fi żmien 18-il xahar mid-data li fiha l-aġġornament isir disponibbli għall-pubbliku.

L-obbligu li jintużaw il-valuri prestabbiliti aġġornati msemmija fit-tieni subparagrafu għandu japplika biss għal data tal-output ġdida li għandha tiġi kkalkulata u żvelata wara l-aġġornament, mingħajr ma tkun meħtieġa r-reviżjoni retroattiva tal-informazzjoni diġà ppubblikata.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.