+Artikolu 13 Attivitajiet ta’ verifika
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
---+Artikolu 13 8
---+Artikolu 13 9

Artikolu 13 Attivitajiet ta’ verifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 għandu jivverifika l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-aderenza u l-preċiżjoni tad-data tal-output żvelata minn entitajiet tat-trasport u tal-hubs u l-intermedjarji tad-data li jikkalkulaw l-emissjonijiet.

Artikolu 13 2

2.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jivverifika l-konformità tad-data tal-output żvelata mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 9, u abbażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5). Dik il-verifika għandha tindirizza:

(a)

il-metodoloġija tal-kalkolu użata;

(b)

is-sorsi tad-data tal-input użati għall-kalkolu;

(c)

il-korrettezza tal-kalkolu mwettaq;

(d)

il-metriċi komuni applikati.

Artikolu 13 3

3.   Meta jintużaw għodod ta’ kalkolu esterni, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jqis iċ-ċertifikati ta’ konformità rispettivi tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 13 4

4.   Meta l-verifika tidentifika kalkoli skorretti jew nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 3 sa 9, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-entitajiet tat-trasport u tal-hubs u l-intermedjarji tad-data kkonċernati b’dan mingħajr dewmien żejjed. Dawk l-entitajiet tat-trasport u tal-hubs u l-intermedjarji tad-data għandhom minn hemm ’il quddiem jikkoreġu l-kalkolu jew jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sabiex jippermettu t-tlestija tal-verifika.

Artikolu 13 5

5.   L-entitajiet tat-trasport u tal-hubs u l-intermedjarji tad-data għandhom jipprovdu lill-korp tal-valutazzjoni tal-konformità bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermettilu jwettaq il-verifika. Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità jista’ jwettaq kontrolli matul il-verifika biex jiddetermina l-affidabbiltà tad-data u tal-kalkoli.

Artikolu 13 6

6.   Mat-tlestija tal-verifika, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jfassal, meta xieraq, prova tal-konformità li tikkonferma li d-data tal-output tikkonforma mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament u li tispeċifika jekk l-entitajiet tat-trasport u tal-hubs u l-intermedjarji tad-data jużawx data primarja.

Artikolu 13 7

7.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità kkonċernat għandu jfassal u jżomm lista aġġornata tal-entitajiet tat-trasport u tal-hubs u l-intermedjarji tad-data li jkunu għaddew mill-verifika skont dan l-Artikolu. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jinnotifika dik il-lista lill-Kummissjoni.

Artikolu 13 8

8.   F’każijiet fejn id-data tal-output tkun diġà ġiet ivverifikata skont atti legali oħra tal-Unjoni li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-verifika tad-data tal-output, u li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, tali data tal-output għandha titqies li tkun ġiet ivverifikata skont dan l-Artikolu.

Artikolu 13 9

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-verifika tad-data tal-output, il-frekwenza xierqa ta’ dik il-verifika u l-prova tal-konformità relatata. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-evidenza msemmija fl-Artikolu 10(5), u d-drittijiet ta’ komunikazzjoni relatati mal-użu ta’ data primarja msemmija fl-Artikolu 10(4). Meta tistabbilixxi dawk ir-regoli, il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq kriterji oġġettivi, inkluż in-natura u l-iskala tas-servizz tat-trasport ikkonċernat, ir-riskju relattiv ta’ nuqqas ta’ konformità, u l-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.