+Artikolu 15 Proċeduri ta’ akkreditazzjoni
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5

Artikolu 15 Proċeduri ta’ akkreditazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 15 2

2.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità li għandha żżomm lista aġġornata tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali maħturin għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq sit web uffiċjali tal-gvern. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li tali dmir għandu jitwettaq mill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 15 3

3.   Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-lista ta’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati, flimkien mal-informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti kollha.

Artikolu 15 4

4.   Meta ma tkun stabbilita l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità f’dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 15 5

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodi u kriterji ulterjuri għall-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.