Artikolu 4
Linji gwida tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Sal-1 ta’ Settembru 2026, u skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jippubblika linji gwida sabiex jassisti lill-awtoritajiet superviżorji fil-valutazzjoni ta’ jekk l-ipproċessar li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għal teknoloġiji eżistenti u ġodda użati għall-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (a)(i), ta’ dan ir-Regolament, jikkonformax mar-Regolament (UE) 2016/679.