+6.7. Sigurtà tan-networks
---+6.7.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu n-networks u …
---+6.7.2. Għall-fini tal-punt 6.7.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jiddokumentaw l-arkitettura …
---+6.7.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw dawn il-miżuri …

6.7. Sigurtà tan-networks

6.7.   Sigurtà tan-networks

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
6.7.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu n-networks u …

6.7.1.

L-entitajiet rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu n-networks u s-sistemi tal-informazzjoni tagħhom mit-theddid ċibernetiku.
6.7.2. Għall-fini tal-punt 6.7.1., l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jiddokumentaw l-arkitettura …

6.7.2.

Għall-fini tal-punt 6.7.1., l-entitajiet rilevanti għandhom:

(a)

jiddokumentaw l-arkitettura tan-networks b’mod komprensibbli u aġġornat;

(b)

jiddeterminaw u japplikaw kontrolli biex jipproteġu d-dominji tan-network intern tal-entitajiet rilevanti minn aċċess mhux awtorizzat;

(c)

jikkonfiguraw kontrolli biex jipprevjenu l-aċċessi u l-komunikazzjoni tan-network li ma jkunux meħtieġa għall-operat tal-entitajiet rilevanti;

(d)

jiddeterminaw u japplikaw kontrolli għall-aċċess remot għan-networks u s-sistemi tal-informazzjoni, inkluż l-aċċess mill-fornituri tas-servizzi;

(e)

ma jużawx sistemi użati għall-amministrazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sigurtà għal skopijiet oħra;

(f)

jipprojbixxu jew jiddiżattivaw b’mod espliċitu l-konnessjonijiet u s-servizzi mhux meħtieġa;

(g)

meta xieraq, jippermettu esklużivament aċċess għan-network u s-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti minn apparati awtorizzati minn dawk l-entitajiet;

(h)

jippermettu l-konnessjonijiet tal-fornituri tas-servizzi biss wara talba għall-awtorizzazzjoni u għal perjodu taż-żmien stabbilit, bħal pereżempju waqt operazzjoni tal-manutenzjoni;

(i)

jistabbilixxu komunikazzjoni bejn sistemi distinti biss permezz ta’ mezzi fdati li huma iżolati b’separazzjoni loġika, kriptografika jew fiżika minn mezzi oħra tal-komunikazzjoni u jipprovdu identifikazzjoni assigurata tal-punti finali tagħhom u protezzjoni tad-data tal-mezzi minn modifika jew żvelar;

(j)

jadottaw pjan tal-implimentazzjoni għal tranżizzjoni sħiħa lejn protokolli tal-komunikazzjoni tas-saff tan-network tal-aħħar ġenerazzjoni b’mod sigur, xieraq u gradwali u joħolqu miżuri li jħaffu din it-tranżizzjoni;

(k)

jadottaw pjan tal-implimentazzjoni biex jiddaħħlu standards moderni tal-komunikazzjoni bl-email maqbula internazzjonalment u b’mod interoperabbli biex jiġu żgurati komunikazzjonijiet bl-email li jtaffu l-vulnerabbiltajiet marbuta ma’ theddid relatat mal-emails u jiġu stabbiliti miżuri li jħaffu din l-adozzjoni;

(l)

japplikaw l-aqwa prattiki għas-sigurtà tad-DNS, u għas-sigurtà tar-routing tal-internet u l-iġjene tar-routing tat-traffiku li joriġinaw min-network u jkunu destinati lejn in-network.

6.7.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw dawn il-miżuri …

6.7.3.

L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw dawn il-miżuri f’intervalli ppjanati u meta jsiru inċidenti sinifikanti jew bidliet sinifikanti fl-operazzjonijiet jew fir-riskji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

Links
Tip ta’ link Kwistjoni
is related to 6.7 Network security
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.