+Artikolu 16 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 450/2003

Artikolu 16 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 450/2003

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 450/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

“NACE Rev. 1” għandu jinbidel b'“NACE Rev. 2” fit-test kollu.

(2) 

L-artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Ambitu

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha mfissra fit-taqsimiet B sa S tan-NACE Rev. 2.
2.  
L-inklużjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi mfissra fin-NACE Rev. 2 taqsimiet O sa S fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandha tkun iddeterminata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), b'mod li jingħata kas ta' l-istudji ta' fattibilità mfissra fl-Artikolu 10.”
(3) 

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Frekwenza u data b'lura

1.  
Id-data għal-LCI għandha l-ewwel tinġabar skond in-NACE Rev. 2 għall-ewwel tliet xhur ta' l-2009, u wara dan għal kull tliet xhur (il-perjodi jittieħdu sal-31 ta' Marzu, it-30 ta' Ġunju, it-30 ta' Settembru u l-31ta' Diċembru ta' kull sena).
2.  
Data b'lura mill-ewwel tliet xhur ta' l-2000 sar-raba' perjodu ta' tliet xhur ta' l-2008 għandha ssir disponibbli mill-Istati Membri. Id-data b'lura għandha tiġi provduta għal kull waħda mit-taqsimiet B sa N tan-NACE Rev. u għall-punti ta' l-ispejjeż tax-xogħol msemmija fl-Artikolu 4(1).”
(4) 

L-Artikolu 6(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.  
Id-data b'lura msemmija fl-Artikolu 5 għandha tkun trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fl-istess ħin bħall-LCI għall-ewwel tliet xhur ta' l-2009.”
(5) 

Fl-Artikolu 11, il-punt (ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(ċ) 

inklużjoni tan-NACE Rev. 2, minn taqsimiet O sa S (Artikolu 3);”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1893
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.