+TAQSIMA II EMENDI TA' L-ATTI RELATATI
---+Artikolu 9 Emendi tar-Regolament (KEE) Nru 3037/90
---+Artikolu 10 Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91
---+Artikolu 12 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1165/98
---+Artikolu 13 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1172/98
---+Artikolu 14 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 530/1999
---+Artikolu 15 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002
---+Artikolu 16 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 450/2003
---+Artikolu 17 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 48/2004
---+Artikolu 18 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 808/2004
---+Artikolu 19 Emenda tar-Regolament (KE) Nru. 1552/2005

TAQSIMA II EMENDI TA' L-ATTI RELATATI

TAQSIMA II EMENDI TA' L-ATTI RELATATI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 Emendi tar-Regolament (KEE) Nru 3037/90

Artikolu 9

Emendi tar-Regolament (KEE) Nru 3037/90

L-Artikoli 3, 10, u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3037/90 għandhom jitħassru.

Artikolu 10 Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91

Artikolu 10

Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91

Ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

Ir-“Rev.1 tan-NACE” għandha tinbidel bin-“NACE Rev. 2” fit-test kollu.

(2) 

L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.  
Il-qasam kopert bl-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun dak ta' l-attivitajiet fit-taqsimiet B u Ċ tal-klassifikazzjonijiet ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2)”.
Artikolu 12 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1165/98

Artikolu 12

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1165/98

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 2 (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha tas-suq fit-Taqsimiet minn B sa N u minn P sa S tal-klassifikazzjoni ta' l-istatistika fir-rigward ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2).”
(2) 

Fl-Artikolu 17, għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“(k) 

l-ewwel sena ta' bażi li għandha tkun applikata għas-sensieli kronoloġiċi fin-NACE Rev. 2

(l) 

għas-serje ta' żmien qabel l-2009, li għandha tkun trażmessa skond in-NACE Rev. 2, il-livell ta' dettal, il-formola, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza”.

(3) 

L-Annessi għandhom ikunu emendati skond l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1172/98

Artikolu 13

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1172/98

Fir-Regolament (KE) Nru 1172/98 il-kliem “NACE Rev. 1” u “NACE Rev. 1.1” għandhom jinbidlu b'“NACE Rev. 2” fit-test kollu u fl-annessi.

Artikolu 14 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 530/1999

Artikolu 14

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 530/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

“NACE Rev. 1” għandu jinbidel b'“NACE Rev. 2” fit-test kollu.

(2) 

Fl-Artikolu 3:

(a) 

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.  
L-istatistika għandha tkopri l-attivitajiet ekonomiċi kollha mfissra fit-taqsimiet B (Minjieri u barrieri), Ċ (Manifattura), D (Provvista ta' Elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata), E (Provvista ta' ilma; sistemi ta' drenaġġi, ġestjoni ta' skart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni), F (Kostruzzjoni), G (Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi), H (Trasport u ħżin), I (Akkomodazzjoni u attivitajiet ta' servizz marbuta ma' l-ikel), J (Attivitajiet ta' l-informatika u l-komunikazzjoni), K (Attivitajiet finanzjarji u ta' l-assigurazzjoni), L (Attivitajiet marbuta ma' propjetà immobbli), M (Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi), N (Attivitajiet amministrattivi u ta' servizz ta' sostenn), P (Edukazzjoni), Q (Attivitajiet ta' saħħa tal-bniedem u ta' xogħol soċjali), R (Attivitajiet ta' arti, divertiment u rikreazzjoni) u S (Attivitajiet oħra ta' servizz) tal-klassifikazzjoni ta' l-istatistika fir-rigward ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2)”;
(b) 

il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

Artikolu 15 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002

Artikolu 15

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

“NACE Rev. 1” għandu jinbidel b'“NACE Rev. 2” fit-test kollu u fl-annessi.

(2) 

L-Anness 1 għandu jkun emendat skond l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 450/2003

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 450/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

“NACE Rev. 1” għandu jinbidel b'“NACE Rev. 2” fit-test kollu.

(2) 

L-artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Ambitu

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha mfissra fit-taqsimiet B sa S tan-NACE Rev. 2.
2.  
L-inklużjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi mfissra fin-NACE Rev. 2 taqsimiet O sa S fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandha tkun iddeterminata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), b'mod li jingħata kas ta' l-istudji ta' fattibilità mfissra fl-Artikolu 10.”
(3) 

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Frekwenza u data b'lura

1.  
Id-data għal-LCI għandha l-ewwel tinġabar skond in-NACE Rev. 2 għall-ewwel tliet xhur ta' l-2009, u wara dan għal kull tliet xhur (il-perjodi jittieħdu sal-31 ta' Marzu, it-30 ta' Ġunju, it-30 ta' Settembru u l-31ta' Diċembru ta' kull sena).
2.  
Data b'lura mill-ewwel tliet xhur ta' l-2000 sar-raba' perjodu ta' tliet xhur ta' l-2008 għandha ssir disponibbli mill-Istati Membri. Id-data b'lura għandha tiġi provduta għal kull waħda mit-taqsimiet B sa N tan-NACE Rev. u għall-punti ta' l-ispejjeż tax-xogħol msemmija fl-Artikolu 4(1).”
(4) 

L-Artikolu 6(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.  
Id-data b'lura msemmija fl-Artikolu 5 għandha tkun trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) fl-istess ħin bħall-LCI għall-ewwel tliet xhur ta' l-2009.”
(5) 

Fl-Artikolu 11, il-punt (ċ) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(ċ) 

inklużjoni tan-NACE Rev. 2, minn taqsimiet O sa S (Artikolu 3);”

Artikolu 17 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 48/2004

Artikolu 17

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 48/2004

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 48/2004 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Dan ir-Regolament għandu jkopri d-data fuq l-industrija ta' l-azzar, li hija mfissra bħala grupp 24.1 tal-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2).”

Artikolu 18 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 808/2004

Artikolu 18

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 808/2004

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jkun emendat skond l-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 19 Emenda tar-Regolament (KE) Nru. 1552/2005

Artikolu 19

Emenda tar-Regolament (KE) Nru. 1552/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

(1) 

“Rev. 1.1 tan-NACE” għandu jinbidel b'“Rev. 2 tan-NACE” fit-test kollu.

(2) 

L-Artikolu 2(2) għandu jitħassar.

(3) 

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Ambitu ta' l-istatistika

L-istatistika fuq it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi għandha tkopri għall-inqas l-attivitajiet ekonomiċi kollha mfissra fit-taqsimiet minn B sa N u minn R sa S tan-NACE Rev. 2.”

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1893
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.