+Artikolu 9 Referenza lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5
---+Artikolu 9 6
---+Artikolu 9 7
---+Artikolu 9 8
---+Artikolu 9 9

Artikolu 9 Referenza lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1. Il-Kummissjoni tista', fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, tirreferi konċentrazzjoni notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat permezz ta' deċiżjoni notifikata mingħajr dewmien lill-impriżi konċernati u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 9 2

2. Fi żmien ta' 15-il jum utli mid-data ta' meta tkun riċevuta kopja tan-notifika, Stat Membru jista', b'inizjattiva tiegħu jew wara stedina mill-Kummissjoni, jinforma lill-Kummissjoni (u li imbagħad għandha tinforma lill-impriżi konċernati), li:

(a) konċentrazzjoni thedded li tolqot b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni f'suq f'dak l-Istat Membru liema suq għandu l-karatteristiċi kollha ta' suq distint, jew

(b) konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni f'suq f'dak l-Istat Membru, liema suq għandha l-karatteristiċi kollha ta' suq distint u li mhux parti sostanzjali mis-suq komuni.

Artikolu 9 3

3. Jekk il-Kummissjoni, wara li tkun ikkunsidrat is-suq għall-prodotti u s-servizzi konċernati kif ukoll is-suq ta' referenza ġeografika fis-sens tal-paragrafu 7, tqis li jeżistu suq distint u wkoll theddida għal dan is-suq, tista' jew:

(a) tieħu ħsieb tal-każ hija stess skond dan ir-Regolament; jew

(b) tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat bil-għan li tkun applikata l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat.

Madankollu, jekk il-Kummissjoni tqis li ma jeżistix suq distint jew li ma teżistix theddida, hija għandha tadotta deċiżjoni fejn tindika dan. Din id-deċiżjoni għandha tkun indirizzata lill-Istati Membri. F'dan il-każ il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb tal-każ hija stess skond dan ir-Regolament.

F'każijiet fejn l-Istat Membru jinforma lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2(b) li konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni f'suq distint fit-territorju tiegħu liema suq mhux parti sostanzjali mis-suq komuni, l-Kummissjoni għandha tirreferi l-każ kollu jew il-parti li għandha x'taqsam mas-suq distint konċernat, jekk jidhrilha li dan is-suq distint jintlaqat mill-konċentrazzjoni.

Artikolu 9 4

4. Deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir ir-referenza jew le fis-sens tal-paragrafu 3 għandha tittieħed:

(a) bħala regola ġenerali, fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, fejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6(1)(b), ma bdietx proċeduri, jew

(b) l-aktar fi żmien 65 jum utli min-notifika tal-konċentrazzjoni konċernata meta l-Kummissjoni tibda proċeduri skond l-Artikolu 6(1)(c) mingħajr ma tieħu l-passi preparatorji sabiex tadotta l-miżuri neċessarji skond l-Artikolu 8(2), (3) jew (4) biex iżommu jew jerġgħu joħolqu kompetizzjoni effettiva fis-suq konċernat.

Artikolu 9 5

5. Jekk fil-65 jum utli msemmija fil-paragrafu 4(b) il-Kummissjoni, minkejja li l-Istat Membru konċernat jkun bagħtilha nota biex ifakkarha, tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar referenza skond il-paragrafu 3 u lanqas ma tkun għadha ħadet xi passi preparatorji msemmija fil-paragrafu 4(b), hija għandha titqies bħallikieku ħadet deċiżjoni biex tirreferi l-każ lill-Istat Membru konċernat skond il-paragrafu 3(b).

Artikolu 9 6

6. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tiddeċiedi dwar il-każ mingħajr dewmien żejjed.

Fi żmien 45 jum utli mir-referenza tal-Kummissjoni, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat għandha tinforma lill-impriżi konċernati dwar ir-riżultat ta' l-istima preliminari dwar il-kompetizzjoni u jekk bi ħsiebha tieħu xi azzjoni addizzjonali, dwar din l-azzjoni. F'każijiet eċċezzjonali l-Istat Membru konċernat jista' jissospendi dan il-perjodu meta ma jingħatax l-informazzjoni meħtieġa skond il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali mill-impriżi konċernati.

Meta l-liġi nazzjonali titlob notifika, il-perjodu ta' 45 jum utli għandu jibda fl-ewwel jum utli wara l-jum li fih l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tirċievi notifika sħiħa.

Artikolu 9 7

7. Is-suq ta' referenza ġeografika għandu jikkonsisti fiż-żona li fiha l-impriżi konċernati huma nvoluti fil-provvista u fit-talba ta' prodotti u servizzi, li fiha l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li tista' tkun magħżula minn żoni ġirien minħabba li, b'mod partikolari, l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma differenti f'dawk iż-żoni. Din l-istima għandha tqis b'mod partikolari n-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi konċernati, l-eżistenza ta' barrieri għad-dħul u l-preferenzi tal-konsumaturi, id-differenzi apprezzabbli fl-ishma li l-impriżi għandhom fis-suq bejn iż-żona konċernata u żoni ġirien jew id-differenzi sostanzjali fil-prezzijiet.

Artikolu 9 8

8. L-Istat Membru konċernat, meta jkun qed japplika d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, jista' jieħu biss dawk il-miżuri li huma strettament meħtieġa sabiex jassiguraw jew jerġgħu joħolqu kompetizzjoni effettivi fis-suq konċernat.

Artikolu 9 9

9. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, kull Stat Membru jista' jagħmel appell fil-Qorti tal-Ġustizzja, u b'mod partikolari, jitlob li jkun applikat l-Artikolu 243 tat-trattat, bil-għan li japplika l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.