|
+Artikolu 9 3 |
Artikolu 9 33. Jekk il-Kummissjoni, wara li tkun ikkunsidrat is-suq għall-prodotti u s-servizzi konċernati kif ukoll is-suq ta' referenza ġeografika fis-sens tal-paragrafu 7, tqis li jeżistu suq distint u wkoll theddida għal dan is-suq, tista' jew: (a) tieħu ħsieb tal-każ hija stess skond dan ir-Regolament; jew (b) tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat bil-għan li tkun applikata l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat. Madankollu, jekk il-Kummissjoni tqis li ma jeżistix suq distint jew li ma teżistix theddida, hija għandha tadotta deċiżjoni fejn tindika dan. Din id-deċiżjoni għandha tkun indirizzata lill-Istati Membri. F'dan il-każ il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb tal-każ hija stess skond dan ir-Regolament. F'każijiet fejn l-Istat Membru jinforma lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2(b) li konċentrazzjoni tolqot il-kompetizzjoni f'suq distint fit-territorju tiegħu liema suq mhux parti sostanzjali mis-suq komuni, l-Kummissjoni għandha tirreferi l-każ kollu jew il-parti li għandha x'taqsam mas-suq distint konċernat, jekk jidhrilha li dan is-suq distint jintlaqat mill-konċentrazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|