+Artikolu 10 Perjodi perentorji għall-bidu ta' proċeduri u għal deċiżjonijiet
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
|
Artikolu 10 Perjodi perentorji għall-bidu ta' proċeduri u għal deċiżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) għandhom jittieħdu fi żmien massimu ta' 25 jum utli. Dan il-perjodu għandu jibda fil-jum utli ta' wara dak li fih tkun riċevuta notifika jew, f'każ li l-informazzjoni li kellha tingħata man-notifika ma tkunx sħiħa, fil-jum utli ta' wara dak li fih tkun riċevuta l-informazzjoni sħiħa. Dak il-perjodu għandu jkun miżjud għal 35 jum utli meta l-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru skond l-Artikolu 9(2) jew meta, l-impriżi konċernati joffru li jjintrabtu skond l-Artikolu 6(2) bil-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Deċiżjonijiet skond l-Artikolu 8(1) jew (2) dwar konċentrazzjonijiet notifikati għandhom jittieħdu malli jkun jidher li d-dubju serji msemmija fl-Artikolu 6(1)(ċ) tneħħew, b'mod partikolari minħabba l-modifikazzjonijiet magħmula mill-impriżi konċernati. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mhux aktar tard mill-perjodu msemmi fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 8(7), deċiżjonijiet skond l-Artikolu 8(1) sa (3) dwar konċentrazzjonijiet notifikati għandhom jittieħdu fi żmien massimu ta' 90 jum utli mid-data li fiha nbdew il-proċeduri. Dan il-perjodu għandu jiżdied għal 105 jum utli meta l-impriżi konċernati joffru li jintrabtu skond l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu, bil-għan li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, sakemm dawn ir-rabtiet jkunu offruti qabel ma jgħaddu 55 jum utli mill-bidu tal-proċeduri. Il-perjodi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu estiżi bl-istess mod jekk il-partijiet li jagħmlu n-notifika jitolbu li l-perjodi jkunu estiżi mhux aktar tard minn 15-il jum utli wara l-bidu ta' proċeduri skond l-Artikolu 6(1)(ċ). Il-partijiet li jagħmlu n-notifika jistgħu jagħmlu biss talba waħda ta' dan it-tip. Bl-istess mod, f'kull żmien wara l-bidu ta' proċeduri, il-perjodi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu estiżi mill-Kummissjoni bi qbil mall-partijiet li għamlu n-notifika. It-tul totali ta' xi estensjoni jew estensjonijiet mogħtija skond dan is-subparagrafu ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 20 jum utli.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Il-perjodi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx jibdew jgħoddu f'każijiet eċċezzjonali fejn, minħabba ċirkostanzi li għalihom hija responsabbli waħda mill-impriżi involuta fil-konċentrazzjoni, l-Kummissjoni kellha titlob informazzjoni permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 11 jew kellha titlob spezzjoni permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 13. L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(4)(b).
|
|
Artikolu 10 5
|
5. Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni li fiha tannula deċiżjoni tal-Kummissjoni jew parti minnha liema deċiżjoni hija suġġetta għall-perjodu perentorju stabbilit f'dan l-Artikolu, l-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid mill-Kummissjoni bil-għan li tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1). Il-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid fid-dawl tal-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Il-partijiet li jagħmlu n-notifika għandhom jissottomettu notifika ġdida jew jissupplimentaw lin-notifika oriġinali, mingħajr dewmien, meta n-notifika oriġinali ma tibqax kompleta minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fl-informazzjoni provvduta. Meta ma jkunx hemm dawn it-tipi ta' bidliet, il-partijiet għandhom jiċċertifikaw dan mingħajr dewmien. Il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jibdew jgħoddu mill-ewwel jum utli wara dak li fih tkun riċevuta l-informazzjoni kompluta f'notifika ġdida, notifika supplimentata, jew ċertifikazzjoni fis-sens tat-tielet subparagrafu. It-tieni u t-tielet subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(7).
|
|
Artikolu 10 6
|
6. Meta l-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni skond l-Artikoli 6(1)(b), (c), 8(1), (2) jew (3) fiż-żmien stipulat fil-paragrafi 1 u 3 rispettivament, il-konċentrazzjoni għandha titqies bħallikieku kienet dikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, u dan bla ħsara għall-Artikolu 9.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|