|
+Artikolu 10 5 |
Artikolu 10 55. Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni li fiha tannula deċiżjoni tal-Kummissjoni jew parti minnha liema deċiżjoni hija suġġetta għall-perjodu perentorju stabbilit f'dan l-Artikolu, l-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid mill-Kummissjoni bil-għan li tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 6(1). Il-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid fid-dawl tal-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Il-partijiet li jagħmlu n-notifika għandhom jissottomettu notifika ġdida jew jissupplimentaw lin-notifika oriġinali, mingħajr dewmien, meta n-notifika oriġinali ma tibqax kompleta minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fl-informazzjoni provvduta. Meta ma jkunx hemm dawn it-tipi ta' bidliet, il-partijiet għandhom jiċċertifikaw dan mingħajr dewmien. Il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jibdew jgħoddu mill-ewwel jum utli wara dak li fih tkun riċevuta l-informazzjoni kompluta f'notifika ġdida, notifika supplimentata, jew ċertifikazzjoni fis-sens tat-tielet subparagrafu. It-tieni u t-tielet subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 8(7). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|