+Artikolu 14 1

Artikolu 14 1

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(b), fuq impriżi fuq jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi, multi ta' mhux aktar minn 1 % mill-valur tal-bejgħ totali ta' l-impriża jew ta' l-assoċjazzjoni ta' impriżi konċernata fis-sens ta' l-Artikolu 5 meta, b'intenzjoni jew b'negliġenza:

(a) jipprovdu informazzjoni li mhix korretta jew li hi qarrieqa f'sottomissjoni, f'ċertifikazzjoni, f'notifika jew f'suppliment għal notifika, skond l-Artikolu 4, l-Artikolu 10(5) jew l-Artikolu 22(3);

(b) jipprovdu informazzjoni żbaljata jew qarrieqa fi tweġiba għal talba magħmula skond l-Artikolu 11(2);

(ċ) jipprovdu informazzjoni żbaljata, inkompleta jew qarrieqa jew ma jipprovdux l-informazzjoni fiż-żmien stabbilit, fi tweġiba għal talba magħmula f'deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 11(3);

(d) jipprovdu l-kotba meħtieġa jew reġistri oħra marbuta man-negozju f'forma inkompleta matul spezzjonijiet skond l-Artikolu 13, jew jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata b'deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 13(4);

(e) bi tweġiba għal mistoqsija magħmula skond l-Artikolu 13(2)(e),

- jagħtu tweġiba żbaljata jew qarrieqa,

- jonqsu milli jirranġaw tweġiba żbaljata, inkompleta jew qarrieqa mogħtija minn membru tal-persunal fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni, jew

- jonqsu milli jew jirrifjutaw li jipprovdu tweġiba kompleta dwar fatti marbuta mas-suġġett u l-iskop ta' spezzjoni ordnata b'deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 13(4);

(f) jitkissru siġilli magħmula minn uffiċjali, jew persuni oħra li jakkompanjawhom, awtorizzati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(2)(d).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.