ANNESS III
REKWIŻITI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 4(4) DWAR L-AMBJENT MIBNI FEJN JINGĦATAW IS-SERVIZZI LI JAQGĦU FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA’ DIN ID-DIRETTIVA
Sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli b’mod indipendenti minn persuni b’disabilità tal-ambjent mibni li fih jingħata servizz u li jkun taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 4(4), l-aċċessibilità taż-żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin:
|
(a)
|
l-użu ta’ faċilitajiet u żoni esterni relatati;
|
|
(b)
|
il-mogħdijiet biex tasal għall-bini;
|
|
(c)
|
l-użu ta’ postijiet ta’ dħul;
|
|
(d)
|
l-użu ta’ passaġġi ta’ ċirkolazzjoni orizzontali;
|
|
(e)
|
l-użu ta’ passaġġi ta’ ċirkolazzjoni vertikali;
|
|
(f)
|
l-użu ta’ kmamar mill-pubbliku;
|
|
(g)
|
l-użu ta’ tagħmir u faċilitajiet użati fl-għoti tas-servizz;
|
|
(h)
|
l-użu ta’ toilets u faċilitajiet sanitarji;
|
|
(i)
|
l-użu ta’ postijiet ta’ ħruġ, rotot ta’ evakwazzjoni u l-kunċetti ta’ ppjanar ta’ emerġenza;
|
|
(j)
|
komunikazzjoni u orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;
|
|
(k)
|
l-użu ta’ faċilitajiet u binjiet għall-iskop previst għalihom;
|
|
(l)
|
protezzjoni minn perikli fl-ambjent ta’ ġewwa u ta’ barra.
|