+ANNESS IV
---+1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni
---+2. Id-dokumentazzjoni teknika
---+3. Il-manifattura
---+4. L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
------+4.1. Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE msemmija f’din id-Direttiva ma’ kull prodott …
------+4.2. Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal mudell ta’ …
---+5. Ir-rappreżentant awtorizzat
|
ANNESS IV
ANNESS IV
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni
|
1. Il-kontroll intern tal-produzzjoni Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 4 ta dan l-Anness, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa ta’ din id-Direttiva.
|
|
2. Id-dokumentazzjoni teknika
|
2. Id-dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 4 u, f’każ li l-manifattur uża l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 14, biex juri li r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti jintroduċu bidla fundamentali jew jimponu piż sproporzjonat. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika biss ir-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sakemm ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Kull fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott;
|
|
(b)
|
lista tal-istandards armonizzati u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 4 jekk dawk l-istandards armonizzati jew speċifiċitajiet tekniċi ma jkunux ġew applikati; fil-każ ta’ standards armonizzati jew speċifikazzjonijiet tekniċi applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati.
|
|
|
3. Il-manifattura
|
3. Il-manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness u mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva.
|
|
4. L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
4. L-immarkar CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
|
|
5. Ir-rappreżentant awtorizzat
|
5. Ir-rappreżentant awtorizzat L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|