+1. Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni: (a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija …

1. Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni: (a) l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija …

1.

Rekwiżiti dwar l-għoti ta’ informazzjoni:

(a)

l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (tikkettar, struzzjonijiet u twissija) għandha tkun:

(i)

magħmula disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(ii)

ippreżentata b’mod li jinftiehem;

(iii)

ippreżentata lill-utenti b’mod li huma jistgħu jipperċepixxu;

(iv)

ippreżentata b’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu, u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi.

(b)

l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ prodott, li ma jkunux mogħtija fuq il-prodott innifsu iżda jkunu disponibbli permezz tal-użu tal-prodott jew b’mezzi oħra bħal sit web, inkluż il-funzjonijiet tal-aċċessibbiltà tal-prodott, il-mod ta’ kif jiġu attivati u l-interoperabbiltà tagħhom b’soluzzjonijiet ta’ assistenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku meta l-prodott jitqiegħed fis-suq u għandhom:

(i)

jiġu magħmula disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(ii)

ikunu ppreżentati b’mod li jinftiehem;

(iii)

ikunu ppreżentati lill-utenti b’modi li jistgħu jipperċepixxuh;

(iv)

ikunu ppreżentati b’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu, u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;

(v)

rigward il-kontenut, ikun magħmul disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġu ġġenerati formati ta’ assistenza alternattivi li jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;

(vi)

ikunu akkumpanjati minn preżentazzjoni alternattiva ta’ kwalunkwe kontenut mhux testwali;

(vii)

jinkludu deskrizzjoni tal-interfaċċa tal-utent tal-prodott (trattament, kontroll u feedback, input u output) mogħtija f’konformità mal-punt 2; id-deskrizzjoni għandha tindika għall kull wieħed mill-punti fil-punt 2 jekk il-prodott jipprovdix tali karatteristiċi;

(viii)

jinkludu deskrizzjoni tal-funzjonalità tal-prodott li tingħata permezz ta’ funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, f’konformità mal-punt 2; id-deskrizzjoni għandha tindika għal kull wieħed mill-punti fil-punt 2 jekk il-prodott jipprovdix dawk il-karatteristiċi;

(ix)

jinkludu deskrizzjoni tal-interfaċċar tas-software u l-hardware tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza; id-deskrizzjoni għandha tinkludi lista ta’ dak it-tagħmir ta’ assistenza li ġie ttestjat flimkien mal-prodott.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.