+3. Servizzi ta’ sostenn: Fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi …
|
3. Servizzi ta’ sostenn: Fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi …
|
3.
|
Servizzi ta’ sostenn:
Fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta’ trażmissjoni u servizzi ta’ taħriġ) għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-prodott u l-kompatibbiltà tiegħu ma’ teknoloġiji ta’ assistenza, b’modi ta’ komunikazzjoni aċċessibbli.
|
Taqsima ii
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà marbuta ma’ prodotti fl-artikolu 2(1), ħlief għat-terminals self-service msemmija fl-artikolu 2(1)(b)
Minbarra R-REKWIŻITI TAt-Taqsima I, l-imballaġġ u l-istruzzjonijiet tal-prodotti koperti minn din it-Taqsima għandhom isiru aċċessibbli, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’diżabilità. Dan Ifisser li:
|
(a)
|
l-imballaġġ tal-prodott, inkluż l-informazzjoni pprovduta fih (pereżempju dwar kif jinfetaħ, jingħalaq, jintuża, jintrema), inkluż, fejn provduta, informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tal-prodott, għandhom isiru aċċessibbli; u, meta jkun fattibbli, li għandha tingħata informazzjoni fuq l-imballaġġ;
|
|
(b)
|
l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li ma jkunux provduti fuq il-prodott innifsu iżda jkunu disponibbli b’mezzi oħra bħal sit web għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku meta l-prodott jitqiegħed fis-suq u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(i)
|
ikunu disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(ii)
|
ikunu ppreżentati b’mod li jinftiehem;
|
|
(iii)
|
ikunu ppreżentati lill-utenti b’modi li jistgħu jipperċepixxuh;
|
|
(iv)
|
ikunu ppreżentati f’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu, u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;
|
|
(v)
|
il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jsir disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġu ġġenerati formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed; u
|
|
(vi)
|
istruzzjonijiet li fihom kwalunkwe kontenut mhux testwali għandhom ikunu akkumpanjati minn preżentazzjoni alternattiva ta’ dak il-kontenut.
|
|
Taqsima iii
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ġenerali relatati mas-servizzi kollha koperti minn din id-direttiva f’konformità mal-artikolu 2(2)
Il-provvista ta’ servizzi sabiex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’diżabilità, għandha titwettaq billi:
|
(a)
|
tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti użati fil-forniment tas-servizz, f’konformità mat-Taqsima I ta’ dan l-Anness, u fejn applikabbli, it-Taqsima II tiegħu;
|
|
(b)
|
tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz, u fejn il-prodotti jintużaw fil-forniment tas-servizz, ir-rabta tiegħu ma’ dawn il-prodotti kif ukoll informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà u interoperabbiltà tagħhom ma’ tagħmir u faċilitajiet ta’ assistenza:
|
(i)
|
l-informazzjoni ssir disponibbli permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(ii)
|
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’mod li jinftiehem;
|
|
(iii)
|
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni lill-utenti b’modi li huma jistgħu jipperċepixxu;
|
|
(iv)
|
il-kontenut tal-informazzjoni jsir disponibbli f’formati ta’ test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati alternattivi ta’ assistenza li għandhom ikunu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
(v)
|
il-preżentazzjoni f’fonts ta’ daqs adegwat u forma adatta, li b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet prevedibbli ta’ użu u bl-użu ta’ kuntrast suffiċjenti, kif ukoll spazjar aġġustabbli bejn l-ittri, il-linji u l-paragrafi;
|
|
(vi)
|
kwalunkwe kontenut mhux testwali jiġi ssupplimentat bi preżentazzjoni alternattiva ta’ dak il-kontenut; u
|
|
(vii)
|
il-provvista ta’ informazzjoni elettronika meħtieġa fil-forniment ta’ servizz b’mod konsistenti u adegwat billi tagħmlu perċepibbli, operabbli, jinftiehem u robust;
|
|
|
(c)
|
is-siti web, inkluż l-applikazzjonijiet online marbuta magħhom, u s-servizzi bbażati fuq tagħmir mobbli, inkluż applikazzjonijiet mobbli, isiru aċċessibbli b’mod konsistenti u adegwat billi jsiru perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;
|
|
(d)
|
fejn disponibbli, is-servizzi ta’ appoġġ (help desks, ċentri telefoniċi, appoġġ tekniku, servizzi ta’ trażmissjoni u servizzi ta’ taħriġ) li jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tas-servizz u l-kompatibbiltà tiegħu ma’ teknoloġiji ta’ assistenza, b’modi ta’ komunikazzjoni aċċessibbli.
|
Taqsima iv
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà addizzjonali relatati ma’ servizzi speċifiċi
Il-provvista ta’ servizzi biex jiġi massimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’diżabbiltà, għandha titwettaq billi jiġu inklużi funzjonijiet, prattiċi, politiki u proċeduri u trasformazzjonijiet fl-użu tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità u jiżguraw l-interoperabbiltà ma’ teknoloġiji ta’ assistenza:
|
(a)
|
Servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, inkluż dawk il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 109(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972:
|
(i)
|
il-forniment ta’ test f’ħin reali flimkien ma’ komunikazzjoni bil-vuċi;
|
|
(ii)
|
il-forniment ta’ konverżazzjoni sħiħa fejn il-vidjo huwa provdut flimkien ma’ komunikazzjoni bil-vuċi;
|
|
(iii)
|
jiġi żgurat li l-komunikazzjoni ta’ emerġenza bl-użu tal-vuċi, it-test (inkluż test f’ħin reali) tkun sinkronizzata u fejn ikun provdut il-vidjo tkun sinkronizzata wkoll bħala konverżazzjoni sħiħa u trażmessa mill-fornituri ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika lill-PSAP l-aktar xieraq.
|
|
|
(b)
|
Servizzi li jipprovdu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva:
|
(i)
|
il-forniment ta’ gwidi tal-programmi elettroniċi (EPGs) li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti u jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-aċċessibbiltà;
|
|
(ii)
|
l-iżgurar li l-komponenti ta’ aċċessibbiltà (servizzi ta’ aċċess) tas-servizzi tal-media awdjoviżiva bħal sottotitoli għall-persuni neqsin mis-smigħ u għal dawk b’diffikultajiet ta’ smigħ, deskrizzjoni awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali huma trażmessi b’mod sħiħ bi kwalità adegwata biex jintwerew b’mod preċiż, u jkunu sinkronizzati mal-ħoss u l-vidjo, waqt li jkun possibbli kontroll mill-utent tal-wiri u l-użu tagħhom.
|
|
|
(c)
|
Servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma, ħlief għal servizzi ta’ trasport urban u suburban u servizzi ta’ trasport reġjonali:
|
(i)
|
jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-vetturi, l-infrastruttura tal-madwar u tal-ambjent mibni u dwar l-assistenza lill-persuni b’diżabilità;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li tingħata informazzjoni dwar magni intelliġenti tal-biljetti (riservazzjoni elettronika, prenotazzjoni ta’ biljetti, eċċ.), informazzjoni tal-passiġġieri f’ħin reali (skedi, informazzjoni dwar tfixkil tat-traffiku, is-servizzi ta’ kollegament, vjaġġar ’il barra b’modi oħra ta’ trasport, eċċ.), u informazzjoni addizzjonali dwar is-servizz (eż. persunal ta’ stazzjonijiet, lifts li ma jaħdmux jew servizzi li huma temporanjament mhux disponibbli).
|
|
|
(d)
|
Servizzi ta’ trasport urban u suburban u servizzi ta’ trasport reġjonali: tiġi żgurata l-aċċessibbiltà ta’ terminals self-service użati fil-forniment tas-servizz f’konformità mat-Taqsima I ta’ dan l-Anness.
|
|
(e)
|
Servizzi bankarji għall-konsumatur:
|
(i)
|
jiġu provduti metodi ta’ identifikazzjoni, firem elettroniċi, sigurtà u servizzi ta’ pagament li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tinftiehem, mingħajr ma jinqabeż livell ta’ kumplessità aktar mil-livell B2 (intermedju għoli) tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi tal-Kunsill tal-Ewropa.
|
|
|
(f)
|
Kotba elettroniċi:
|
(i)
|
jiġi żgurat li meta ktieb elettroniku jkun fih awdjo flimkien ma’ test, dan imbagħad jipprovdi test u awdjo sinkronizzati;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li fajls diġitali tal-ktieb elettroniku ma jżommux lit-teknoloġija ta’ assistenza milli topera tajjeb;
|
|
(iii)
|
jiġi żgurat aċċess għall-kontenut, in-navigazzjoni tal-kontenut tal-fajl u t-tqassim inkluż it-tqassim dinamiku, il-forniment tal-istruttura, il-flessibilità u l-għażla fil-preżentazzjoni tal-kontenut;
|
|
(iv)
|
jiġi permess twassil alternattiv tal-kontenut u l-interoperabbiltà tiegħu ma’ varjetà ta’ teknoloġiji ta’ assistenza, b’tali mod li jista’ jkun perċepibbli, li jinftiehem, operabbli u robust;
|
|
(v)
|
jiġi żgurat li dawn jinstabu billi tiġi provduta informazzjoni permezz ta’ metadata dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tagħhom;
|
|
(vi)
|
jiġi żgurat li miżuri ta’ ġestjoni ta’ drittijiet diġitali ma jimblokkawx fatturi ta’ aċċessibbiltà.
|
|
|
(g)
|
Servizzi ta’ kummerċ elettroniku:
|
(i)
|
tiġi pprovduta l-informazzjoni rigward l-aċċessibbiltà tal-prodotti u s-servizzi mibjugħa meta din l-informazzjoni tkun provduta mill-operatur ekonomiku responsabbli;
|
|
(ii)
|
jiġi żgurat li l-aċċessibbiltà tal-funzjonalità għall-identifikazzjoni, is-sigurtà u l-pagament meta jitwasslu bħala parti minn servizz minflok prodott billi jkunu perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti;
|
|
(iii)
|
jiġu provduti metodi ta’ identifikazzjoni, firem elettroniċi, u servizzi ta’ pagament li huma perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti.
|
|
Taqsima v
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà speċifiċi marbuta mat-tweġib tal-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru uniku ta’ emerġenza ewropew ‘112’ mill-psap l-aktar xieraq
Sabiex jiġi massimizzat l-użu previst tagħhom minn persuni b’diżabilità, it-tweġib ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew ‘112’, mill-PSAP l-aktar xieraq, għandu jitwettaq billi jinkludi funzjonijiet, prattiċi, politiki u proċeduri u alterazzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità. Il-komunikazzjonijiet ta’ emerġenza fuq in-numru uniku ta’ emerġenza Ewropew ‘112’, għandhom jitwieġbu kif xieraq, bl-aħjar mod li jaqbel għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta’ emerġenza, bl-aktar PSAP xieraq bl-istess mezz ta’ komunikazzjoni kif waslu, jiġifieri bl-użu ta’ vuċi u test sinkronizzati (inkluż it-test f’ħin reali), jew, fejn huwa provdut vidjo, il-vuċi, it-test (inkluż it-test f’ħin reali) u l-vidjo sinkronizzati bħala konverżazzjoni sħiħa.
Taqsima vi
rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-karatteristiċi, elementi jew funzjonijiet tal-prodotti u servizzi f’konformità mal-artikolu 24(2)
Il-preżunzjoni li jitwettqu l-obbligi rilevanti stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni dwar karatteristiċi, elementi jew funzjonijiet tal-prodotti u servizzi teħtieġ dan li ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|