+Preamble: 1

Preamble: 1

Ir-regolament Nru 7/63/EURATOM tal-kunsill

tat-3 ta’ Diċembru 1963

fuq ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ previst fl-Artikolu 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika

Il-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu;

Wara li kunsidra l-proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja;

Billi l-Kunsill, li qed jaħdem fuq proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ;

Billi, meta jitwaqqfu l-mod li fih il-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ għandu jiġi organizzat u mħaddem kif ukoll il-proċedura li l-Kumitat għandu jsegwi, ikun importanti li jitmexxa ’l quddiem ir-rikors għal dak il-Kumitat biex isolvi kull kwistjoni li tista’ tinqala’ meta jingħataw il-liċenzi;

Billi, għal dan il-għan, ikun xieraq li l-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ ikun magħmul minn ċittadini ta’ l-Istati Membri li jkollhom it-taħriġ jew l-esperjenza legali jew teknika meħtieġa għat-tħaddim proprju tal-Kumitat f’oqsma varji; billi l-Kumitat għandu jservi fil-forma ta’ bordijiet ta’ arbitraġġ magħmula minn numru limitat ta’ arbitri; billi għandu jkun possibbli li jipproponi lill-partijiet ikkonċernati, f’kull stadju tal-proċedura, arranġament permezz ta’ soluzzjoni, u din il-proċedura għandha tkun bla ħlas;

Billi l-membri tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ għandhom iwettqu d-doveri tagħhom b’awtonomija sħiħa, u għalhekk għandhom ikunu ħielsa minn proċeduri ġudizzjarji dwar kull azzjoni li huma jkunu wettqu waqt ir-rapport uffiċjali tagħhom;

Billi huwa importanti li jkun ristrett kemm jista’ jkun il-limitu tal-makkinarju amministrattiv meħtieġ għat-tħaddim proprju tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ kif ukoll l-ispejjeż li jiġu minn dan, u għal dan il-għan ikun importanti li r-reġistrazzjoni tal-Kumitat tkun mehmuża lill-Qorti tal-Ġustizzja;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Il-Komposizzjoni tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.12.1963 00:00:00 -Doknr: CELEX:31963R0007
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.