|
+ANNESS V |
ANNESS V
ANNESS V Parti I: Formola Unika tal-Punti tad-Data L-elementi kollha tad-data stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrasformati f’formola unika tal-punti tad-data. Il-formola unika tal-punti tad-data għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a)
Tipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-elementi tad-data kollha stabbiliti fl-Anness I;
(b)
Tidentifika l-kunċetti kollha ta’ negozju stabbiliti fl-Anness II;
(c)
Tipprovdi dizzjunarju tad-data li jidentifika t-tikketti tat-tabelli, it-tikketti ordinati, it-tikketti tal-assi, it-tikketti tad-dominji, it-tikketti tad-dimensjonijiet u t-tikketti tal-membri;
(d)
Tipprovdi metrika li tiddefinixxi l-proprjetà jew l-ammont ta’ punti tad-data;
(e)
Tipprovdi definizzjonijiet ta’ punti tad-data li huma espressi bħala kompożizzjoni ta’ karatteristiċi li jidentifikaw il-kunċett b’mod univokali;
(f)
Ikun fiha l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għar-rappurtar bl-IT li jipproduċu data superviżorja uniformi. Parti II: Regoli ta’ validazzjoni L-entrati tad-data kollha stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta’ validazzjoni li jiggarantixxu il-kwalità u l-konsistenza tad-data. Ir-regoli ta’ validazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)
Jiddefinixxu r-relazzjonijiet loġiċi bejn punti tad-data relevanti;
(b)
Jinkludu filtri u prekundizzjonijiet li jiddefinixxu sett ta’ data li għalih tapplika regola ta’ validazzjoni;
(c)
Jivverifikaw il-konsistenza tad-data rrapportata;
(d)
Jivverifikaw l-akkuratezza tad-data rrapportata;
(e)
Jistabbilixxu valuri prestabbiliti li għandhom jiġu applikati meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet irrapportata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|