+Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
---+Artikolu 4
---+Artikolu 5
---+Artikolu 6
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
English - European Union - Energy -

Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

Magħmula fi Brussell, fid-19 ta’ Jannar 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

B. Ringholm

[1] ĠU C 337, 28.11.00, pġ. 136.

[2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta’ Novembru 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2000 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2000.

[4] ĠU L 206, 01.08.97, pġ. 62.

[5] ĠU C 35, tat-2.2.2001.

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-19 ta’ Jannar 2001

dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 fih imsemmi,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) It-tmien Direttiva, 97/44/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 fuq arranġamenti [4] għall-ħin tas-sajf introduċiet data u ħin komuni fl-Istati Membri kollha, għall-bidu u t-tmiem tal-ħin tas-sajf fl-1998, 1999, 2000 u l-2001.

(2) Ladarba l-Istati Membri japplikaw arranġamenti għall-ħin tas-sajf, hu importanti għall-funzjonament tas-suq intern li jkunu stabbiliti data u ħin komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tas-sajf fil-Komunità.

(3) Peress li l-perjodu tas-Sajf ikkunsidrat l-iktar xieraq mill-Istati Membri hu bejn l-aħħar ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Ottubru, hu opportun li dak il-perjodu jinżamm.

(4) Il-funzjonament xieraq ta’ ċerti setturi, mhux biss it-trasport u l-komunikazzjonijiet, imma wkoll setturi oħra ta’ l-industrija, jitlob ippjanar stabbli fuq perjodu twil ta’ żmien. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħin tas-sajf għal perjodu li mhux speċifikat. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/44/KE jipprevedi li, f’dak ir-rispett, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw, sa l-1 ta’ Jannar 2001, l-arranġamentli li għandhom japplikaw mill-2002 ’il quddiem.

(5) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u akkuratezza ta’ l-informazzjoni, kull ħames snin għandu jiġi ppubblikat orarju għall-implimentazzjoni tal-ħinijiet tal-perjodu tas-sajf għall-ħames snin li jkunu ġejjin.

(6) L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha, barra minn hekk, tkun ikkontrollata permezz ta’ rapport, li għandu jkun ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fuq l-impatt ta’ dawn id-disposizzjonijiet fl-oqsma kollha kkonċernati. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti sabiex ir-rapport ikun jista’ jiġi ppreżentat fiż-żmien speċifikat.

(7) Ladarba l-armonizzazzjoni kompleta ta’ l-orarju għall-perjodu tas-sajf bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati t-trasport u l-komunikazzjonijiet ma tistax tintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(8) Għal raġunijiet ġeografiċi, l-arranġamenti komuni għall-ħin tas-sajf ma għandhomx japplikaw għat-territorji ’l bogħod mix-xtut ta’ l-Istati Membri,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva "il-perjodu tas-sajf" għandu jfisser il-perjodu tas-sena li fih l-arloġġi huma mressqa ’l quddiem b’60 minuta mqabbla mal-bqija tas-sena.

Artikolu 2

Artikolu 2

Mill-2002 ’il quddiem, il-perjodu tas-sajf għandu jibda, f’kull Stat Membru, fis-1.00 a.m., Greenwich Mean Time, fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu.

Artikolu 3

Artikolu 3

Mill-2002 ’il quddiem, il-perjodu tas-sajf għandu jispiċċa, f’kull Stat Membru, fis-1.00 a.m., Greenwich Mean Time, fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru.

Artikolu 4

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [5], għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, li jkun fiha l-orarju li juri d-dati li fihom il-perjodu tas-sajf se jibda u jispiċċa għall-ħames snin li jkunu ġejjin.

Artikolu 5

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fuq l-impatt tad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fuq is-setturi kkonċernati l-iżjed tard sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Dak ir-rapport għandu jitfassal fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni minn kull Stat Membru l-iżjed tard sat-30 ta’ April 2007.

Jekk ikun hemm bżonn u skond il-konklużjonijiet tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa.

Artikolu 6

Artikolu 6

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għat-territorji li qegħdin lil hinn mix-xtut ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 7

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu ma’ din id-Direttiva l-iżjed tard sal-31 ta’ Diċembru 2001. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

Artikolu 8

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 9

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.02.2001 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0084
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.