+Preamble: 1

Preamble: 1

Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-19 ta’ Jannar 2001

dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 fih imsemmi,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) It-tmien Direttiva, 97/44/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 fuq arranġamenti [4] għall-ħin tas-sajf introduċiet data u ħin komuni fl-Istati Membri kollha, għall-bidu u t-tmiem tal-ħin tas-sajf fl-1998, 1999, 2000 u l-2001.

(2) Ladarba l-Istati Membri japplikaw arranġamenti għall-ħin tas-sajf, hu importanti għall-funzjonament tas-suq intern li jkunu stabbiliti data u ħin komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tas-sajf fil-Komunità.

(3) Peress li l-perjodu tas-Sajf ikkunsidrat l-iktar xieraq mill-Istati Membri hu bejn l-aħħar ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Ottubru, hu opportun li dak il-perjodu jinżamm.

(4) Il-funzjonament xieraq ta’ ċerti setturi, mhux biss it-trasport u l-komunikazzjonijiet, imma wkoll setturi oħra ta’ l-industrija, jitlob ippjanar stabbli fuq perjodu twil ta’ żmien. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħin tas-sajf għal perjodu li mhux speċifikat. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/44/KE jipprevedi li, f’dak ir-rispett, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw, sa l-1 ta’ Jannar 2001, l-arranġamentli li għandhom japplikaw mill-2002 ’il quddiem.

(5) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u akkuratezza ta’ l-informazzjoni, kull ħames snin għandu jiġi ppubblikat orarju għall-implimentazzjoni tal-ħinijiet tal-perjodu tas-sajf għall-ħames snin li jkunu ġejjin.

(6) L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha, barra minn hekk, tkun ikkontrollata permezz ta’ rapport, li għandu jkun ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fuq l-impatt ta’ dawn id-disposizzjonijiet fl-oqsma kollha kkonċernati. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti sabiex ir-rapport ikun jista’ jiġi ppreżentat fiż-żmien speċifikat.

(7) Ladarba l-armonizzazzjoni kompleta ta’ l-orarju għall-perjodu tas-sajf bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati t-trasport u l-komunikazzjonijiet ma tistax tintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(8) Għal raġunijiet ġeografiċi, l-arranġamenti komuni għall-ħin tas-sajf ma għandhomx japplikaw għat-territorji ’l bogħod mix-xtut ta’ l-Istati Membri,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.02.2001 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0084
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.