|
+Artikolu 3 2 |
Artikolu 3 22. Għal dan il-għan, korp speċjali tan-negozjati rappreżentattiv ta’ l-impjegati ta’ l-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji konċernati jew stabbilimenti għandu jinħoloq skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin: (a) fl-elezzjoni jew il-ħatra ta’ membri tal-korp speċjali tan-negozjati, għandu jiġi assigurat: (i) li dawk il-membri huma eletti jew maħtura fi proporzjon tan-numru ta’ impjegati li jaħdmu f’kull Stat Membru mill-entitajiet legali li jipparteċipaw u sussidjarji kkonċernati jew stabbilimenti, billi jallokaw fir-rigward ta’ Stat Membru siġġu wieħed għal kull porzjon ta’ impjegati li jaħdmu f’dan l-Istat Membru li jkun ugwali għal 10 %, jew frazzjoni tagħom, tan-numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien; (ii) li fil-każ ta’ SCE iffurmata permezz ta’ inkorporazzjoni, għandu jkun hemm dak in-numru aktar addizzjonali ta’ membri minn kull Stat Membru hekk kif jista’ jkun meħtieġ sabiex jiġi assigurat li l-korp speċifiku ta’ negozjati jinkludi ta’ l-anqas membru wieħed li jirrappreżenta kull kooperattiva li tipparteċipa li hija rreġistrata li għandha impjegati f’dak l-Istat Membru u li huwa propost li ma tkomplix teżisti bħala entità legali separata wara r-reġistrazzjoni ta’ l-SCE, sakemm: - in-numru ta’ dawk il-membri addizzjonali ma jeċċedix l-20 % tan-numru ta’ membri maħtura skond il-punt (i); u - il-kompożizzjoni tal-korp speċjali ta’ negozjati ma jinvolvix rappreżentanza doppja ta’ l-impjegati kkonċernati. Jekk in-numru ta’ dawk il-kooperattivi jkun għola min-numru ta’ siġġijiet addizzjonali disponibbli bis-saħħa ta’ l-ewwel subparagrafu, dawn is-siġġijiet addizzjonali għandhom ikunu allokati lil kooperattivi fi Stati Membri differenti b’ordni li jonqos tan-numru ta’ impjegati li jħaddmu. (b) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodu li għandu jintuża għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali ta’ negozjati li għandhom jiġi eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom. Għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li, sa fejn hu possibbli, dawk il-membri għandhom jinkludu ta’ l-anqas membru li jirrappreżenta kull entità legali li tipparteċipa li jkollha impjegati fl-Istat Membru kkonċernat. Dawk il-miżuri m’għandhomx iżidu n-numru totali ta’ membri. Il-metodi wżati għan-nominazzjoni, ħatra jew elezzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati għandhom ifittxu li jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi, L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dawk il-membri jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ trejd unjins sew jekk ikunu impjegati jew le ta’ entità legali li tipparteċipa jew sussidjarja kkonċernata jew stabbiliment. Mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika li tipprovdi għatbiet għal korp rappreżentattiv, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li impjegati f’impriżi jew stabbilimenti li fihom ma jkun hemm l-ebda rappreżentanti ta’ l-impjegati li ma jkunx tort tagħhom ikollhom id-dritt li jeleġġu jew jaħtru membri tal-korp speċjali li jinnegozja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|