+Artikolu 15 Rabta bejn din id-Direttiva u dispożizzjonijiet oħra
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4

Artikolu 15 Rabta bejn din id-Direttiva u dispożizzjonijiet oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1. Fejn SCE tkun impriża fuq skala tal-Komunità jew impriża li tikkontrolla ta’ grupp ta’ impriżi fuq skala tal-Komunità skond it-tifsira tad-Direttiva 97/74/KE tal-15 ta Diċembru 1997 li testendi l-imsemmija Direttiva għar-Renju Unit [6]), id-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-Direttivi u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuhom fil-leġislazzjoni nazzjonali m’għandhomx japplikaw għalihom jew għas-sussidjarji tagħhom.

Iżda, fejn il-korp speċjali li jinnegozja jiddeċiedi skond l-Artikolu 3(6) li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina negozjati ġia miftuħa, id-Direttiva 94/45/KE jew id-Direttiva 97/74/KE u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuhom fil-liġi nazzjonali għandhom japplikaw.

Artikolu 15 2

2. Id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ impjegati f’korpi ta’ kumpanniji kif ipprovdut bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika, barra minn dawk li jimplimentaw din id-Direttiva, m’għandhomx japplikaw għall-SCE li għalihom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7.

Artikolu 15 3

3. Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika:

(a) id-drittijiet eżistenti ta’ involviment ta’ impjegati hekk kif ipprovdut bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew prattika fl-Istati Membri hekk kif gawduti mill-impjegati ta’ l-SCE u s-sussidjarji tagħha u stabbilimenti, barra minn dawk li jipparteċipaw fil-korpi ta’ l-SCE;

(b) id-dispożizzjonijiet dwar parteċipazzjoni fil-korpi preskritti fil-liġi nazzjonali u/jew prattika applikabbli għas-sussidjarji ta’ l-SCE jew għal SCE li għalihom ma japplikawx l- l-Artikoli 3 sa 7.

Artikolu 15 4

4. Sabiex jiġu ppriservati d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxu li l-istrutturi ta’ rappreżentazzjoni ta’ impjegati f’entitajiet legali li jipparteċipaw li ma jibqgħux jeżistu bħala entitajiet legali separati jinżammu wara r-reġistrazzjoni ta’ l-SCE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.