+Artikolu 5 Każijiet ta' nuqqas ta' deċiżjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Każijiet ta' nuqqas ta' deċiżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1. Nuqqas tal-Parti ta' l-importazzjoni li tirrikonoxxi l-irċevuta ta' notifika jew li tikkomunika d-deċiżjoni tagħha m'għandux jimplika l-kunsens tagħha għal moviment transkonfini intenzjonat. L-ebda l-ewwel moviment transkonfini intenzjonat ma jista' jsir mingħajr il-kunsens espress bil-miktub minn qabel tal-Parti, jew fejn xieraq, tal-Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni.

Artikolu 5 2

2. F'każijiet fejn il-Parti ta' l-importazzjoni ma tikkomunikax id-deċiżjonijiet tagħha b'risposta għal notifika, fi żmien 270 jum mid-data ta' l-irċevuta tan-notifika, l-esportatur għandu jibgħat tifkira bil-miktub, b'terminu perentorju għal risposta ta' 60 jum mill-irċevuta ta' din it-tifkira, lill-awtorità kompetenti ta' dik il-Parti ta' l-importazzjoni, b'kopja lis-Segretarjat, lill-Istat Membru ta' l-esportazzjoni u lill-Kummissjoni. Meta jinħadem iż-żmien li fih Parti ta' l-importazzjoni għandha tirrispondi, in-numru ta' jiem li għandha tistenna informazzjoni ulterjuri m'għandux jitqies.

Artikolu 5 3

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-esportatur m'għandux jipproċedi bl-ewwel moviment transkonfini intenzjonat ta' GMO maħsub għar-rilaxx deliberat kemm-il darba l-proċeduri determinati mill-Parti ta' l-importazzjoni skond l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll jew, fejn xieraq, proċeduri ekwivalenti meħtieġa minn Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni jkunu ġew segwiti.

Artikolu 5 4

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 m' għandhomx jgħoddu għal każijiet ta' movimenti transkonfinali koperti minn proċeduri simplifikati jew patti bilaterali, reġjunali u multilaterali jew arranġamenti li saru skond l-Artikolu 13 u 14 tal-Protokoll.

Artikolu 5 5

5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b' konsultazzjoni mas-Segretarjat, jieħdu azzjoni xierqa skond proċeduri u mekkaniżmi xierqa biex jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet jew promossa l-konformità mad-disposizzjonijet tal-Protokoll mill-Partijiet ta' l-importazzjoni kif deċiż mill-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.11.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1946
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.