1. Id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu rispettati bis-sħiħ fil-proċeduri superviżorji tal-BĊE. Għal dan l-iskop, u wara li tinfetaħ proċedura superviżorja tal-BĊE, il-partijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-BĊE, suġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi minbarra l-parti relevanti, għall-finijiet ta’ protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali. L-NCAs għandhom jgħaddu lill-BĊE, mingħajr dewmien żejjed, kull rikjesta li huma jirċievu li tkun relatata mal-aċċess għall-fajls li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri superviżorji tal-BĊE.