+Artikolu 32 Aċċess għall-fajls fi proċedura superviżorja tal-BĊE
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5
|
Artikolu 32 Aċċess għall-fajls fi proċedura superviżorja tal-BĊE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1
|
1. Id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu rispettati bis-sħiħ fil-proċeduri superviżorji tal-BĊE. Għal dan l-iskop, u wara li tinfetaħ proċedura superviżorja tal-BĊE, il-partijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-BĊE, suġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi minbarra l-parti relevanti, għall-finijiet ta’ protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali. L-NCAs għandhom jgħaddu lill-BĊE, mingħajr dewmien żejjed, kull rikjesta li huma jirċievu li tkun relatata mal-aċċess għall-fajls li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri superviżorji tal-BĊE.
|
|
Artikolu 32 2
|
2. Il-fajls jikkonsistu fid-dokumenti kollha miksuba, prodotti jew ikkompilati mill-BĊE matul il-proċedura superviżorja tal-BĊE, irrispettivament mill-mezz ta’ ħżin.
|
|
Artikolu 32 3
|
3. Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jżomm lill-BĊE jew lill-NCAs milli jiżvelaw u jużaw l-informazzjoni meħtieġa bħala prova ta’ ksur.
|
|
Artikolu 32 4
|
4. Il-BĊE jista’ jiddetermina li l-aċċess għal fajl għandu jingħata b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin, waqt li jitqiesu l-kapaċitajiet tekniċi tal-partijiet:
|
(a)
|
permezz ta’ CD-ROMs jew kwalunkwe mezz ta’ ħżin ta’ dejta elettronika inklużi dawk li jistgħu jsiru disponibbli fil-futur;
|
|
(b)
|
permezz ta’ kopji tal-fajl aċċessibbli f’forma stampata fuq karta mibgħuta lilhom bil-posta;
|
|
(c)
|
billi jiġu mistiedna jeżaminaw il-fajl aċċessibbli fl-uffiċċji tal-BĊE.
|
|
|
Artikolu 32 5
|
5. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, informazzjoni kunfidenzjali tista’ tinkludi dokumenti interni tal- BĊE u tal-NCAs u korrispondenza bejn il-BĊE u NCA jew bejn NCAs.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|