8. Jekk il-persuna tkun stabbilita jew iddomiċiljata fi Stat li ma jkunx Stat Membru, il-BĊE jista’ jesiġi li l-parti ssemmi, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, riċevitur awtorizzat li jkun residenti fi Stat Membru jew li jkollu post ta’ negozju fi Stat Membru. Jekk ebda riċevitur awtorizzat ma jissemma fuq talba ta’ din ix-xorta u sakemm tali riċevitur awtorizzat jissemma rispettivament, kull komunikazzjoni tista’ tiġi nnotifikata b’mod konformi mal-paragrafi 3 sa 5 u 9 fl-indirizz tal-parti disponibbli għall-BĊE.