2. Fil-każ ta’ entità taħt superviżjoni li tkun ikklassifikata bħala sinifikanti fuq il-bażi li tkun intalbet assistenza finanzjarja pubblika diretta mingħand l-MES fir-rigward (a) tagħha stess, (b) ta’ grupp taħt superviżjoni li għalih tappartjeni l-entità taħt superviżjoni, jew (c) kull entità taħt superviżjoni li tappartjeni għal dak il-grupp u li ma hijiex sinifikanti fuq xi bażi oħra, il-BĊE għandu jadotta deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-klassifikazzjoni tagħha bħala entità sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni diretta, jekk l-assistenza finanzjarja pubblika diretta tkun ġiet miċħuda, imrodda lura bis-sħiħ jew mitmuma. F’każ li l-assistenza finanzjarja pubblika diretta tintradd lura jew tintemm, dik id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss tliet snin kalendarji wara li l-assistenza finanzjarja pubblika diretta tintradd lura għal kollox jew tintemm.