+Artikolu 48 Proċeduri pendenti
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
---+Artikolu 48 4
---+Artikolu 48 5
---+Artikolu 48 6
|
Artikolu 48 Proċeduri pendenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1
|
1. Jekk tkun ser isseħħ bidla fil-kompetenza bejn il-BĊE u NCA, l-awtorità li l-kompetenza tagħha tkun ser tintemm (iktar ‘il quddiem l-“awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm”) għandha tinforma lill-awtorità li tkun ser issir kompetenti (iktar ‘il quddiem l-“awtorità li tassumi s-superviżjoni”) dwar kull proċedura superviżorja mibdija formalment, li tkun teħtieġ deċiżjoni. L-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha tipprovdi din l-informazzjoni immedjatament wara li ssir konxja mill-bidla imminenti fil-kompetenza. L-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha taġġorna din l-informazzjoni fuq bażi kontinwa, u bħala regola ġenerali ta’ kull xahar, meta jkun hemm informazzjoni ġdida dwar proċedura superviżorja biex tiġi rrapportata. L-awtorità li tassumi s-superviżjoni tista’, f’każijiet iġġustifikati debitament, tippermetti rapportar fuq bażi inqas frekwenti. Għall-iskop tal-Artikoli 48 u 49, proċedura superviżorja għandha tfisser proċedura superviżorja tal-BĊE jew ta’ NCA.
Qabel il-bidla fil-kompetenza, l-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha tikkoordina mal-awtorità li tassumi s-superviżjoni mingħajr dewmien żejjed wara l-bidu formali ta’ xi proċedura superviżorja ġdida li tkun teħtieġ deċiżjoni.
|
|
Artikolu 48 2
|
2. Jekk il-kompetenza superviżorja tinbidel, l-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha tagħmel sforzi biex tlesti kwalunkwe proċedura superviżorja pendenti li tkun teħtieġ deċiżjoni qabel id-data meta jkollha sseħħ il-bidla fil-kompetenza superviżorja.
|
|
Artikolu 48 3
|
3. Jekk proċedura superviżorja mibdija formalment li tkun teħtieġ deċiżjoni ma tkunx tista’ titlesta qabel id-data meta sseħħ bidla fil-kompetenza superviżorja, l-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha tibqa’ kompetenti li tlesti dik il-proċedura superviżorja pendenti. Għal dan l-iskop, l-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha żżomm ukoll is-setgħat relevanti kollha sakemm tkun tlestiet il-proċedura superviżorja. L-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha tlesti l-proċedura superviżorja pendenti inkwistjoni b’mod konformi mal-liġi applikabbli permezz tas-setgħat miżmuma minnha. L-awtorità li l-kompetenza tagħha tintemm għandha tinforma lill-awtorità li tassumi superviżjoni qabel ma tieħu xi deċiżjoni fi proċedura superviżorja li kienet pendenti qabel il-bidla fil-kompetenza. Hija għandha tipprovdi lill-awtorità li tassumi superviżjoni kopja tad-deċiżjoni meħuda u kull dokument relevanti li għandu x’jaqsam ma’ dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 48 4
|
4. B’deroga mill-paragrafu 3, il-BĊE jista’ jiddeċiedi fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni meħtieġa li jlesti l-evalwazzjoni tiegħu tal-proċedura superviżorja relevanti li tkun inbdiet formalment, u b’konsultazzjoni mal-NCA relevanti, li jieħu taħt idejh il-proċedura superviżorja kkonċernata. Jekk, minħabba raġunijiet ta’ liġi nazzjonali, deċiżjoni tal-BĊE tkun meħtieġa qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ evalwazzjoni msemmi fis-sentenza preċedenti, l-NCA għandha tipprovdi lill-BĊE bl-informazzjoni meħtieġa u għandha tispeċifika b’mod partikolari l-qafas ta’ żmien sa meta l-BĊE għandu jiddeċiedi jekk għandux il-ħsieb jew le li jieħu taħt idejh il-proċedura. Meta l-BĊE jieħu taħt idejh proċedura superviżorja, huwa għandu jinnotifika lill-NCA relevanti u lill-partijiet dwar id-deċiżjoni tiegħu li jieħu taħt idejh il-proċedura superviżorja kkonċernata. Fid-deċiżjoni tal-BĊE tiegħu l-BĊE għandu jispeċifika l-konsegwenzi tat-teħid tal-kontroll ta’ din il-proċedura superviżorja.
|
|
Artikolu 48 5
|
5. Il-BĊE u l-NCA relevanti għandhom jikkooperaw fir-rigward tat-tlestija ta’ kwalunkwe proċedura pendenti u jistgħu jiskambjaw kull informazzjoni relevanti għal dan l-iskop.
|
|
Artikolu 48 6
|
6. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal proċeduri komuni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|