4. B’deroga mill-paragrafu 3, il-BĊE jista’ jiddeċiedi fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni meħtieġa li jlesti l-evalwazzjoni tiegħu tal-proċedura superviżorja relevanti li tkun inbdiet formalment, u b’konsultazzjoni mal-NCA relevanti, li jieħu taħt idejh il-proċedura superviżorja kkonċernata. Jekk, minħabba raġunijiet ta’ liġi nazzjonali, deċiżjoni tal-BĊE tkun meħtieġa qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ evalwazzjoni msemmi fis-sentenza preċedenti, l-NCA għandha tipprovdi lill-BĊE bl-informazzjoni meħtieġa u għandha tispeċifika b’mod partikolari l-qafas ta’ żmien sa meta l-BĊE għandu jiddeċiedi jekk għandux il-ħsieb jew le li jieħu taħt idejh il-proċedura. Meta l-BĊE jieħu taħt idejh proċedura superviżorja, huwa għandu jinnotifika lill-NCA relevanti u lill-partijiet dwar id-deċiżjoni tiegħu li jieħu taħt idejh il-proċedura superviżorja kkonċernata. Fid-deċiżjoni tal-BĊE tiegħu l-BĊE għandu jispeċifika l-konsegwenzi tat-teħid tal-kontroll ta’ din il-proċedura superviżorja.